Il-Passat ps j3

Download Report

Transcript Il-Passat ps j3

Il-Passat
Ms Josepha
X’għamilt ilbieraħ?
Ilbieraħ qomt fit-tmienja.
Wara kilt biċċa ħobż mixwija u
xrobt tazza ħalib.
Imbagħad ħadt xawer u ħsilt snieni.
Tlaqt lejn l-iskola u hemm tgħallimt
ħafna lezzjonijiet ġodda.
Wara l-iskola lgħabt ma’ ħuti, rajt
it-televixin u fid-disgħa rqadt.
Dawn il-verbi huma kollha
x’għamilt ilbieraħ.
Dawn il-verbi huma kollha
fil-Passat.
Il-Passat jurina
x’ġara lbieraħ jew
x’sar.
Jiena ktibt
Inti ktibt
Huwa kiteb
Hija kitbet
Aħna ktibna
Intom ktibtu
Huma kitbu
Jiena ħdimt
Inti ħdimt
Huwa ħadem
Hija ħadmet
Aħna ħdimna
Intom ħdimtu
Huma ħadmu
X’inhi d-differenza bejn dawn is-sentenzi?
Jien inqum kmieni kuljum.
Jien qomt kmieni lbieraħ.
Marija timxi siegħa kull filgħodu.
Marija mxiet siegħa lbieraħ filgħodu
Kull nhar ta’ Ħadd, Toni joħroġ mal-ħbieb.
Il-Ħadd li għadda, Toni ħareġ mal-ħbieb.
Mindudin
3.
7.
9.
12.
13.
15.
Toni ____ it-tieqa għax kienet is-sħana.
Xandru _____ l-uniformi.
Tanja _____ mal-mużika.
Marija _____ it-triq.
Huma _____ l-bitħa.
Il-prinċep _____ fuq iż-żiemel.
Weqfin
1.
2.
4.
5.
6.
8.
10.
11.
14.
Huwa _____ ittra lil sieħbu.
It-tifel _____ tazza ħalib.
Intom _____ l-karozza?
Jien ____ ktieb interessanti.
Aħna _____ l-ikel kollu.
Il-ħallelin _____ l-basket tal-anzjana.
It-tfal _____ t-tieqa bil-ballun.
Marija _____ iċ-ċurkett.
L-għasafar _____ mill-gaġġa.