Il-Karnival f*Malta

Download Report

Transcript Il-Karnival f*Malta

Il-Karnival hija tradizzjoni antika ħafna. IlKarnival ilu jsir f’Malta għal aktar minn 400 sena.
Il-mod kif kien isir il-Karnival fl-antik huwa
differenti minn dak tal-lum.
Il-Karnival idum 5 t’ijiem, u ġeneralment isir fi Frar.
Dan iz-zmien huwa żmien ta’ brijju, ferħ, u daħk.
Il-biċċa l-kbira tal-Karnival issir fit-toroq tal-Belt u
tal-Furjana. Ħafna nies speċjalment it-tfal jilbsu xi
kustum sabiħ għall-Karnival.
.....u xi ngħidu għal ġmiel ta’ maskri li naraw f’dan
iż-żmien. Naraw ħafna maskri grotteski (tal-biża),
maskri Venezjani (ta’ Venezja), maskri ta’ l-uċuh ta’
l-annimali etc. L-aktar maskra popolari hija dik ta’
buffu.
Il-Belt naraw sfilata ta’ karrijiet mill-isbaħ. Dawn
il-karrijiet ikunu nħaddmu matul is-sena u jkun
fihom ħafna xogħol artistiku. Issir kompetizzjoni
għal- isbaħ karru. Il-karru tar-Re tal-Karnival
dejjem jiftaħ din l-isfilata.
Fil-Karnival naraw ukoll ħafna żeffiena jisfnu fuq
il-karrijiet u anke fit-toroq tal-belt. Xi ġmiel ta’
kustumi jkunu libsin dawn iż-żeffiena!
Bħall kull festa oħra l-banda fil-Karnival ma
tonqosx. Il-bandisti jqoqqu innijiet ferrieħa u
brijjuzi wara kull karru. Xi drabi l-bandisti wkoll
jilbsu kustumi kkuluriti biex iżidu ma’ l-atmosfera
tal-Karnival.
Il-prinjolata u l-perlini huma l-ħelu principali f’din
il-festa. Fl-antik il-maskarati kienu jwaddbu lperlini lin-nies li jkunu qed jammirawhom fittoroq.
Kont spiss nies jgħajtu:
Maskarata tini perlina
Għax warajk għandek xadina
Minflok waħda tini tnejn
Għax tiddobba xi daqtejn
Il-perlini w prinjolata,
għal matul il-karnival,
għax dawn huma jiem ta’ briju,
kemm għall-kbar w għalina t-tfal.
Hemm min jilbes ta’ xi buffu,
hemm min jilbes ta’ pirat,
ejj’ ilkoll inċapċpu w nidħku,
ħadd m’għandu jkun irrabjat!
Mel’ evviva l-maskerati
u evviva l-ħmerijiet!
Ejj’ ningħaqdu lkoll mal-folol,
ħa naraw il-karrijiet.
Viva, viva l-karnival!
Viva, viva l-karnival!
http://www.youtube.com/watch?v=HxNnOf6TGZk
viva
l-Karnival
Dan jew Din
_______maskra
______ prinjolata
______ kustum
__
____ karru
______ perlina
______ buffu
______ banda
______ karnival
Biex jibdew
_ askra
_ustum
_rinjolata
_ arru
_erlina
_uffu
_anda
_ arnival
Qabbel
buffu
banda
prinjolata
maskra
żfin