Transcript G*ADAM TAL

GĦADAM TAL-MEJTIN

Riċetta għall-Ħelowin

Novembru huwa x-xahar "tal-mejtin", għaliex?

• Ngħidulu hekk minħabba li f'dan ix xahar niftakkru fil-qraba u l-ħbieb kollha li ħallewna. Niftakkru wkoll fil qaddisin kollha. Fil-fatt l-1 u t-2 ta' Novembru huma vaganzi fl-iskejjel. F'dawn il-jiem iċ-ċimiterji jkunu miftuħin il-ġurnata kollha sabiex il qraba jżejnu l-qabar bil-fjuri u jixegħlu xi xemgħat.

• F’dan ix-xahar, il-ħwienet tal-ħelu jagħmlu ħelu b'għaġina ħelwa mimlijin bil-lewż u miksijin bil-ġelu abjad biex jidhru qishom għadam tal-mejtin. • Ir-riċetta li se nagħmlu fil-klassi hija differenti minn dik tradizzjonali għaliex l-għadam se jkun mingħajr lewż ġewwa.

L-għadam tal-mejtin

• • • • • • • •

Ingredjenti

kilo dqiq 400g zokkor 4 kuċċarini baking powder 250g butir 4 bajdiet 250g konfettura 2 kuċċarini essenza tal-vanilla qoxra tal-lumija mħakka

Metodu

• L-ewwel iżen tajjeb l-ingredjenti. Wara, itfa' l ingredjenti kollha f'kontenitur kbir u agħġen kollox f'daqqa.

• Ħalli l-għaġina toqgħod għal madwar nofs siegħa. • Iftaħ l-għaġina f'forma ta' romblu u aqtagħha biċċiet żgħar. Imbagħad kull biċċa għaġina agħmilha forma ta' għadma. Aħmi l-għadam fil-forn għal madwar nofs siegħa. • Wara li jkunu lesti u birdu, iksi l-għadam bil-ġelu abjad.

Mistoqsijiet

1. Għaliex ngħidu li Novembru huwa x-xahar tal-mejtin?

2. Meta huma l-vaganzi f'Novembru?

3. X'jagħmlu l-ħwienet tal-ħelu f'dan ix-xahar?

5. X'ingredjenti għandna bżonn? Agħmel lista tagħhom.

6. Kemm iddum taħmi l-għadam?

7. Biex tiksi l-għadam fl-aħħar?

8. Pinġi l-għadma tal-mejtin.