L-Ittra Informali - il

Download Report

Transcript L-Ittra Informali - il

IL-KOMUNIKAZZJONI
1. Fejn qegħdin
dawn in-nies?
2. Kif jistgħu
jikkomunikaw
bejniethom?
Ħaddiema tat-telefown fl-imgħoddi.
It-tajprajter
It-telefown
Il-posta elettronika poste
It-telefown ċellulari
L-ITTRA INFORMALI
L-ITTRA INFORMALI

Ittra lil xi ħabib, qarib jew persuna li
jkollna kunfidenza magħha.

Ikollha indirizz wieħed ta’ min se
jibgħat/tibgħat l-ittra.

Tinkiteb skont il-format blokk.
(Ara: App 3: Mudell ta' ittra informali, Is-Sillabu
taċ-ĊES 2014, Università ta' Malta)
IL-LINGWAĠĠ
 Jintuża
lingwaġġ li nużaw mal-ħbieb:
 Tistaqsi
lil persuna li qed tiktbilha kif
inhi;
 Tgħaddi kummenti kordjali;
 Tikteb anki xi aħbarijiet personali.
 F’ittra
formali dan ma jsirx; il-kittieb
ma jikkummentax dwar l-affarijiet
personali, u lanqas ma juża lingwaġġ ta’
bejn il-ħbieb.
IT-TISLIMA U
IT-TISLIJA (L-GĦELUQ)
 Nibdew
ittra informali billi nindirizzaw
lil dak li jkun b’ismu jew b’Għażiż ...
 L-ittra
nagħlquha billi nsellmu lil min qed
niktbu: Sieħbek/Seħbitek jew
Ibnek/Bintek eċċ jew Inselli għalik.
 Fl-aħħar
nett niktbu isimna.
IL-KONTENUT
 Nispjegaw
għalfejn qed niktbu l-ittra.
 Niżviluppaw
l-argument.
 Nikkonkludu.
IL-PARTIJIET KOLLHA TAL-ITTRA

L-indirizz ta’ min qed jikteb

Id-data

It-tislima

L-introduzzjoni

Il-kontenut

Il-konklużjoni

It-tislija

Il-firma
EŻEMPJU TA’ ITTRA INFORMALI
12, Triq il-Ħawħ
Ħal Mismut
MSM 1234
L-indirizz ta’
min qed jibgħat
l-ittra
Il-11 ta’ Marzu 2014.
Id-data
Għażiża Alexia,
It-tislima
Jien ninsab tajba ħafna u
nittama li inti wkoll issa li rġajt
lura Għawdex għall-vaganzi.
L-introduzzjoni
Min jaf kemm qiegħda tmur baħar! Ta’
spiss naħseb fik speċjalment
filgħaxijiet meta nkun mal-kuġini
tiegħek l-oħra. Naf li dalwaqt nerġgħu
niltaqgħu u tgħidx kemm jien ħerqana li
jasal l-aħħar tax-xahar u niġi nqatta’
ġimgħa miegħek u mal-familja tiegħek
fid-dar ħelwa li għandkom f’Marsalforn.
Il-kontenut
Jiena nilħaq inkellmek biex niftiehmu
sew kif se nagħmlu.
Il-konklużjoni
Nanntek,
It-tislija
Karla
Il-firma/
l-isem biss
IR-RISPOSTA
 Ikteb
ittra biex twieġeb
lin-nanna li tinsab Malta.
IL-PJAN
1. Indirizz
6. It-tislija u
l-firma
2. Id-data
Ittra
lin-nanna li
tinsab
5. Il-konklużjoni
Malta.
5. Żviluppa
s-suġġett
3. It-tislima
4. Għalfejn
qed tikteb
l-ittra