Kitba fuq Film - il-malti

Download Report

Transcript Kitba fuq Film - il-malti

Kitba Kreattiva

Paul Gatt

Kitba fuq FILM

• • • • • • •

Qabel tibda tikteb ipprova sib din l informazzjoni:

X’ġeneru ta’ film hu; (tal-biża’, tad-daħk, tal-gwerra, tal-imħabba.) Għalfejn għażilt li tara dan il-film; Fejn isseħħ l-istorja; Min huma l-karattri ewlenin; Dwar xiex inhi l-istorja (il-plott); X’deherlek minnu; Tirrakkomandah lill-oħrajn? Għaliex?

malti.skola.edu.mt

Kitba fuq FILM – It-tqassim tal-paragrafi

Daħla Ġenerali - Tista’ tikteb:

Ikklikkja fuq

għal aktar tagħrif.

• Meta rajt il-film?

• Fejn rajtu? • Ma’ min rajtu?

• Għalfejn għażilt dak il-film partikolari?

• X’ġeneru ta’ film huwa?

malti.skola.edu.mt

Kitba fuq FILM – It-tqassim tal-paragrafi

Il-Kontenut - Tista’ tikteb:

Min kiteb l-istorja tal-film?

• • Hija storja ta’ veru/storja vvintata? Fejn u meta sseħħ il-ġrajja?

• Dwar xiex inhu l-film?

• Min huma l-karattri prinċipali u x’sehem għandhom fl-istorja?

• Kif tiżvolġi l-istorja?

malti.skola.edu.mt

Kitba fuq FILM – It-tqassim tal-paragrafi

Il-Kontenut - Tista’ tikteb:

• X’tikkummenta dwar il-kredibbiltà tal istorja? • X’inhu l-livell ta’ rreċtar f’dan il-film?

• Il-fotografija u d-direzzjoni kienu sodisfaċenti?

• X’laqtek l-aktar fl-irreċtar, fil-fotografija, ix-xenarju u d-direzzjoni?

• Kien hemm xi ħaġa li dejqitek?

malti.skola.edu.mt

Kitba fuq FILM – It-tqassim tal-paragrafi

• • • •

Il-konklużjoni – Tista’ tikteb:

Dan il-film jikxef xi realtà li int qatt ma ħsibt fuqha?

Kien hemm xi parti minnu tassew li ħasditek?

X’inhi l-fehma ġenerali tiegħek ta’ dan il film u għaliex?

Tirrakkomanda lil ħaddieħor biex imur jarah? Għaliex?

malti.skola.edu.mt

Fejn isseħħ l-istorja

Parti mill-film inħadmet Malta

L-istorja

• • • L-istorja vera tal Kaptan Richard Phillips u l-ħtif tal- vapur MV Maersk Alabama.

Il-ħtif isseħħ fl-2009 minn pirati Somali.

Dan kien l-ewwel vapur tal-merkanzija maħtuf fl-aħħar mitejn sena.

malti.skola.edu.mt

L-atturi

• • • •

Barkhad Abdi

Kien jaħdem bħala xufier meta ssejjaħ biex jieħu sehem fil-film Captain Phillips. Ma kellu ebda esperjenza bħala attur jew aspirazzjoni li jsir attur. F’dan il-film jaħdem il-parti ta’ Muse, il-kap tal-pirati.

malti.skola.edu.mt

L-atturi

Tom Hanks jaħdem il parti tal-Kaptan Phillips li mill-bidu juri dixxiplina kbira fuq xogħlu. • Huwa juri kuraġġ kbir xħin il-vapur jisfa attakkat u jagħmel minn kollox biex jevita l periklu lill-ekwipaġġ tiegħu.

malti.skola.edu.mt

Il-kittieb

Billy Ray (skript għall film). Richard Phillips hu bbażat fuq il-ktieb "A Captain's Duty: Somali Pirates, Navy SEALS, and Dangerous Days at Sea“.

malti.skola.edu.mt

Id-direttur tal-film

Paul Greengrass:

Wara li studja fl Università ta’ Cambridge daħal jaħdem mal-Iskola Televiżiva ta’ Granada fejn qatta’ diversi snin jaħdem fuq sensiela ta’ dokumentarji bl-isem “The World in Action”.