Ix *xog*lijiet tal-img*oddi u tal-lum - It-tagħlim tal

Download Report

Transcript Ix *xog*lijiet tal-img*oddi u tal-lum - It-tagħlim tal

IX –XOGĦLIJIET
TAL-IMGĦODDI U TAL-LUM
Xogħol maħdum minn
Celine Brincat u Kirsty Sciberras
Skola St Joseph, Tas-Sliema
Kull xogħol għandu l-importanza u d-dinjità
tiegħu.
 Huwa d-dmir ta’ kull ħaddiem li jagħti sehmu fissoċjetà billi jaqdi r-rwol tiegħu skont kif mitlub
minnu.
 Xogħlijiet bħal kebbies tal-fanal, il-buttar, ilbejjiegħ tal-ħalib, il-landier u l-ballata huma
biss tifkira tal-imgħoddi

XOGĦLIJIET TAL-IMGĦODDI




Il-Furnar
Fl-imgħoddi l- ħobż kien meqjus bħala parti mill-ikla
tradizzjonali Maltija.Għalkemm għadu jinżel għasel
flimkien ma' xi stuffat, laħam il-forn jew insalata, naqas
ħafna mill-użu tiegħu. Il-ħsieb biss, jiftaħlek l-aptit!
X'aktarx li s-sengħa tal-ħobż intirtet minn dik tal-Italja
tan-Nofsinhar, u ta' Sqallija. It-togħma tal-ħobż tiddependi
minn jekk il-forn jissaħħanx bil-ħatab, bil-pitrolju jew
inkella bl-elettriku. L-ghamla tal-qiegħa tal-forn ukoll
għandha sehem ewlieni fit-togħma partikolari tal-ħobż.
Fosthom wieħed isib varjetà ta' ħobż bħal dak tal-Kexxun,
Ftajjar, Pastizzi, Qagħaq, Ħobż tal-Franċiż, Ħbejżiet jew
Panini u kultant xi xogħol tal-ħelu wkoll. Il-proċess ta’ kif
jinħadem il-ħobż baqa' l-istess għall-ġenerazzjonijiet sħaħ,
tant li ħafna drabi ssib li s-sengħa għada l-istess,li nbiddlu
huma l –makkinarji li jintużaw.
IL-ĦADDIED



Bil-forġa u l-inkwina, bit-tnalja u l-mazza, il-ħaddieda sawwru minn
għodod għall-bdiewa sa rimmijiet tal-karettuni. Kienu jsewwu oġġetti
tal-ħadid ġeneralment użati mir-residenti tal-lokal.
Il-ħiliet tagħhom sa mill-antik, l-ħaddieda, ħadmu oġġetti mill-ħadid
u l-azzar skond il-bżonnijiet ta’ nies tas-sengħa jew inkella bżonnijiet
fid-djar.Bil-morsa u l-lima serviet klijienti daqstant differenti bħattaħħan, is-sarraġ,il-mastrudaxxa u l-bennej.
Mill-azzar, il-ħaddied ttempra xfafar ta’ mnanar,skieken, u wċuħ talimrietel. Uħud mill-oġġetti li kien jagħmel il-ħaddied kienu, sikek talħart u mgħażaq għal bdiewa, ċappetti tal-bibien u spanjoletti tattwieqi,serraturi u mfietaħ, ktajjen, skieken, imsiemer, għodda, nagħal
taż-żwiemel,ganċijiet, partijiet tal-karettuni, borom, taġnijiet, u
kaldaruni.
IS-SAJJIEDA






Is-sajd għandu rabta kbira mal-ħajja tal-Maltin u għalkemm illum
m’għadux hekk sa xi 30 sena ilu, is-sajd f’Malta konna għadna nistgħu
naqsmuh fi tliet staġuni prinċipali:
L-istaġun tal-Lampuki
L-istaġun tal-Pistin u tat-Tkarkir
L-istaġun tal-Lampara.
Tajjeb li ngħidu li qed jonqsu ħafna s-sajjieda, hemm ħafna raġunijiet
fosthom li, fuq il-baħar hemm ħafna riskji, kif ukoll li dan ix-xogħol huwa ta’
tbatija kbira.
Problema oħra li jsibu wiċċhom magħha is-sajjieda Maltin hi l-kompetizjoni
ma’ sajjieda barranini bħal Franċizi, Taljani li huma atrezzati ħafna aktar
mis-sajjieda tagħna u l-metodi differenti li jużaw għas-sajd eżempju s-sajd
għat-Tonn, li jsir bix-xibka mis-sajjieda Taljani u Franċizi, iżda il-Maltin
jistadu għalieh bil-Knaz.
XOGHLIJIET TAL-LUM










Madankollu llum il-ġurnata f’Malta hawn diversi
xogħlijiet bħal:
Il-biedja u s-sajd: il-ħaddiema f’dan il-qasam qed jonqsu
għalkemm il-magni u mezzi moderni jgħollu l-produzzjoni
ħaddiema tal-fabbriki u t-tarznari
Industrija tal-għamara – mastrudaxxi
Industrija tal-bini - bennejja, naġġara u nies oħra tassengħa
Snajja’ f’Malta (xogħol bl-idejn) bizzilla, fuħħar, u ħġieġ
ikkulurit
Telekomunikazzjoni - radju, televixin, telefown
Servizzi – għalliem, tabib, infermiera, pulizija, social
workers
Turiżmu – xufiera, wejters, maniġers tal-lukandi, koki
Volontarju - care workers, soċji tal-museum, Caritas.