Aġġornament - powerpoint Ewropa tiegħek leħnek

Download Report

Transcript Aġġornament - powerpoint Ewropa tiegħek leħnek

X'inhi l-Unjoni Ewropea (UE)?
• 28 Stat Membru
• Iktar minn 500 miljun ċittadin
• Kandidati attwali għas-sħubija fl-UE: l-Albanija, lIslanda, il-Montenegro, is-Serbja, Dik li kienet irRepubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija
X'inhuma l-prinċipji ewlenin tal-UE?
• Valuri komuni: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, illibertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt,
id-drittijiet tal-bniedem, il-pluraliżmu, innondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, issolidarjetà (Art. 2 tat-TUE)
• Għan: li tippromovi l-paċi, il-valuri tal-Unjoni u lbenesseri tal-popli tagħha (Art. 3 tat-TUE)
• 4 libertajiet: il-moviment liberu tal-persuni, talmerkanzija, tas-servizzi u tal-kapital
L-istadji prinċipali fl-istorja tal-UE
Is-snin 50 - l-oriġini
Ir-rikostruzzjoni ta' wara l-gwerra
• 1950: Dikjarazzjoni ta' Schuman fid-9 ta' Mejju
• 1951: Ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u lAzzar (KEFA)
6 Stati Membri: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja,
il-Lussemburguu l-Pajjiżi l-Baxxi
• 1957: Trattati ta' Ruma – ħolqien tal-Komunità
Ekonomika Ewropea (KEE) u l-Euratom
Is-snin 60 - il-pedamenti
• 1960: Ħolqien tal-Assoċjazzjoni Ewropea talKummerċ Ħieles (EFTA)
• 1962: Tnedija tal-Politika Agrikola Komuni (PAK)
• 1968: Tneħħija tad-dazji
Is-snin 70
• 1973: L-ewwel tkabbir – id-Danimarka, l-Irlanda u rRenju Unit jissieħbu fil-KEE
L-Ewropa issa tħaddan 9 Membri
• 1979: L-ewwel elezzjoni b'vot universali dirett talMembri tal-Parlament Ewropew
Is-snin 80 - il-konsolidazzjoni
• Tkabbir tal-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Ewropa: ilGreċja (1981), Spanja u l-Portugall (1986)
L-Ewropa issa għandha 12-il Stat Membru
• 1986: Jiġi ffirmat l-Att Uniku Ewropew li
jimmodifika t-Trattat ta' Ruma
• 1990: waral-unifikazzjoni tal-Ġermanja, Dik li
kienet il-Ġermanja tal-Lvant issir parti mill-KEE
Is-snin 90
• 1993: Jidħol fis-seħħ is-Suq Uniku Ewropew (Trattat
ta' Maastricht)
• 1995: Tkabbir ġdid – l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja
L-Ewropa issa għandha 15-il Stat Membru
L-ewwel deċenju tas-seklu 21:
L-ikbar tkabbir
• 1 ta' Jannar 2002: 12-il pajjiż jintroduċu l-euro
• 2004: Tkabbir għall-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u talLvant - jissieħbu 10 Stati Membri ġodda: Ċipru, irRepubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Latvja, ilLitwanja, Malta, il-Polonja, is-Slovakkja u s-Slovenja
L-Ewropa issa għandha 25 Stat Membru
• 2007: Jidħlu l-Bulgarija u r-Rumanija
L-Ewropa issa għandha 27 Stat Membru
• 2013: Tidħol il-Kroazja
L-Ewropa issa għandha 28 Stat Membru
L-ewwel deċenju tas-Seklu 21
• Bżonn ta' riformi istituzzjonali
• 2005: Il-Kostituzzjoni tiġi mċaħħda fi Franza u filPajjiżi l-Baxxi
• 2009: L-adozzjoni tat-Trattat ta' Lisbona u d-dħul
fis-seħħ tiegħu fl-1 ta' Diċembru
L-UE kif taqdik?
Xi eżempji
• Tagħtik il-libertà li tgħix, tistudja u taħdem fi
kwalunkwe Stat Membru
• Programmi ta' skambju għaż-żgħażagħ: Comenius,
Leonardo Da Vinċi u Erasmus
• Munita unika għal 19-il pajjiż
• Liġijiet ambjentali biex jiġi miġġieled it-tisħin talklima
• Opportunitajiet indaqs
• Tnaqqis fil-prezz tat-telefonija roaming
• U ħafna affarijiet oħra ...
L-Istituzzjonijiet Ewropej
Il-Parlament Ewropew
• Jaqsam mal-Kunsill is-setgħa tal-leġislazzjoni (li
jgħaddi l-liġijiet)
• Jimmonitorja l-baġit tal-UE (flimkien mal-Kunsill) u
jissorvelja l-politiki tal-istituzzjonijiet tal-UE
• Għandu 751 membru eletti b’vot universali
• Elezzjonijiet kull 5 snin
• President: Martin Schulz
Il-Kunsill Ewropew
• Jipprovdi lill-UE bi gwida politika u jiddefinixxi lorjentazzjonijiet u l-prijoritajiet politiċi
• Magħmul mill-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tal-Istati
Membri, flimkien mal-President tal-Kunsill u lPresident tal-Kummissjoni Ewropea
• President: Donald Tusk
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
• Jikkoleġisla mal-Parlament Ewropew (jemenda,
jadotta jew jirrifjuta l-proposti leġislattivi talKummissjoni)
• Magħmul mill-ministri tat-28 Stat Membru li
jintgħażlu skont l-aġenda
• Presidenza b'rotazzjoni: ippreseduta minn Stat
Membru differenti kull 6 xhur:
1 ta' Jannar - 30 ta' Ġunju 2015: il-Latvja
1 ta' Lulju - 31 ta' Diċembru 2015: il-Lussemburgu
Il-Kummissjoni Ewropea
• Tipproponi u timplimenta l-liġijiet (dritt ta'
inizjattiva; "gwardjan" tat-Trattati)
• 28 Kummissarju (wieħed minn kull Stat Membru)
inklużi l-President, Jean-Claude Juncker, u bosta
Viċi-Presidenti (wieħed minnhom ir-Rappreżentant
Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika
ta' Sigurtà)
L-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE
•
•
•
•
•
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)
Il-Kumitat tar-Reġjuni
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali
Ewropew
X'inhu l-KESE?
• Huwa korp konsultattiv stabbilit mit-Trattat ta' Ruma
(1957)
• Jirrappreżenta lis-soċjetà ċivili organizzata
Kummissjoni
Ewropea
Parlament
Ewropew
Kunsill talUnjoni
Ewropea
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
X'inhi s-soċjetà ċivili organizzata?
Din hija l-gruppi u l-organizzazzjonijiet kollha li ċċittadini jistabbilixxu biex jirrappreżentaw linteressi tagħhom, jilħqu għan jew jikkooperaw
ma' ċittadini oħra li għandhom l-istess għan
X’inhu r-rwol tal-KESE?
• Rwol konsultattiv lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill
u lill-Kummissjoni Ewropea. Il-KESE għandu tliet
kompiti ewlenin:
• jiżgura li l-politiki tal-UE jirriflettu stampa
ġenwina tas-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u
ċivika,
• jibni UE iżjed parteċipattiva, li tkun eqreb
għaċ-ċittadini tagħha, u
• jippromovi l-valuri tal-UE u lorganizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell
dinji
Pont bejn l-UE u s-soċjetà ċivili
organizzata
• Jippromovi l-interessi tas-soċjetà ċivili
• Jagħmilha possibbli li l-organizzazzjonijiet tassoċjetà ċivili tal-Istati Membri jesprimu
fehmiethom fil-livell Ewropew
Kif inhu ffurmat il-KESE?
• Huwa assemblea ta' 353 membru (li jinħatru għal 5
snin) mit-28 Stat Membru tal-UE
• Il-KESE għandu President wieħed (1) u 2 Viċi Presidenti,
eletti kull sentejn u nofs
• Jirrappreżenta l-gruppi ta' interessi ekonomiċi u soċjali:
Min Iħaddem, Ħaddiema, Interessi Varji (NGOs,
bdiewa, żgħażagħ, protezzjoni tal-konsumatur, eċċ.)
• Għandu 6 sezzjonijiet u Kummissjoni Konsultattiva
dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI)
• Isiru dibattiti dwar l-opinjonijiet u wara dawn jiġu
adottati b'maġġoranza sempliċi fis-sessjonijiet plenarji
(+/- 9 fis-sena)
Kif jaħdem il-KESE?
Tfassil ta' opinjoni
Assemblea plenarja
GRUPP II
Ħaddiema
GRUPP I
Min
GRUPP III
Interessi Varji
Iħaddem
SEZZJONI
6 sezzjonijiet
Grupp ta'
Studju:
Membri u esperti
SEZZJONI
L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!
WASAL IŻ-ŻMIEN LI Ċ-ĊITTADINI JIEĦDU
AZZJONI
• L-UE hija żona demokratika ewlenija għal iktar minn
500 miljun ċittadin fi 28 pajjiż: liġijiet, regolamenti u
direttivi li jinfluwenzaw ħajjitna ta' kuljum.
• Bħala ċittadini attivi, għandna ħafna għodod
disponibbli biex nipparteċipaw b’mod dirett fil-mod kif
l-Ewropa tiġi gvernata.
• Għandna r-responsabbiltà li nieħdu ħsieb ilkwistjonijiet komuni tagħna u nirrispettawhom. Din
hija l-Ewropa tiegħek, u huwa leħnek li finalment
jista’ jagħmel id-differenza.
• Kollox jiddependi fuq il-parteċipazzjoni attiva! Ser
ikollok l-opportunità taħdem b’suġġett relatat maċċittadinanza attiva fil-livell Ewropew.
Dak li trid tagħmel
1. Aqra u ddiskuti fil-klassi s-“suġġetti għall-azzjoni taċċittadini” li ser jintbagħtulek mill-KESE
2. Agħżel WIEĦED mis-“suġġetti għall-azzjoni taċċittadini” u ibgħatilna l-għażla tiegħek sal-11 ta'
Marzu
3. Ħejji ż-żjara tiegħek fi Brussell: żviluppa s-suġġett li
tkun għażilt bl-għajnuna tal-għalliem tiegħek
4. Fi Brussell: laqgħa tal-grupp ta' ħidma, rapport,
dibattitu u preżentazzjoni fis-Sessjoni Plenarja tażŻgħażagħ
1. Aqra u ddiskuti s-suġġetti għallazzjonijiet taċ-ċittadini
• Sal-aħħar ta' Frar 2015: ser tirċievi s-“suġġetti
għall-azzjonijiet taċ-ċittadini” bl-Ingliż milll-KESE
• Dan id-dokument ta' ħidma ser iservi bħala l-bażi
għad-dibattitu fi Brussell u jinkludi lista ta'
"suġġetti għall-azzjonijiet taċ-ċittadini"
• Iddiskuti u ddibatti diversi suġġetti fil-klassi sabiex
tagħżel WIEĦED
2. Agħżel is-suġġett tiegħek
• Wara d-dibattitu fil-klassi dwar is-“suġġetti għallazzjoni taċ-ċittadini ”, agħżel suġġett WIEĦED
• L-għażla tiegħek trid tintbagħat bl-EN lill-KESE sal11 ta' Marzu
3. Ħejji ż-żjara tiegħek fi Brussell
• Żviluppa s-suġġett li tkun għażilt : tista' tiżviluppa
proġett żgħir ta' azzjoni. Dan jista’ jinkludi
pereżempju preżentazzjoni ġenerali, preżentazzjoni
artistika, pubblikazzjoni żgħira, dibattitu fil-qosor
eċċ.
• L-għan tal-proġett: li jiġi promoss l-impenn sħiħ fissuġġett magħżul għall-parteċipazzjoni biex jinfiehmu
aħjar l-għażliet u l-limiti tas-suġġett magħżul
• Ir-reazzjonijiet għas-suġġetti magħżula mill-iskejjel
kollha ser jintbagħtulek sal-aħħar ta' Marzu
4. Fi Brussell: laqgħa fi grupp ta' ħidma
• Il-workshops ser joffru opportunità biex inħarsu
lejn l-esperjenzi ta' kull skola fis-suġġett magħżul,
il-lezzjonijiet li jkunu nsiltu u l-proposti tagħhom
dwar kif jistgħu jissaħħu ċ-ċittadinanza attiva u ddemokrazija parteċipattiva u kif jistgħu jkomplu
jiġu żviluppati
5. Fi Brussell: rapport u dibattitu
• Is-sejbiet ewlenin ta' wħud mill-gruppi ta' ħidma
mbagħad jiġu rrappurtati fil-plenarja finali tal-YEYS
u ser isiru parti mid-dokumentazzjoni tal-ġurnata
• Nittamaw li l-passi inizjali matul dan l-avveniment
ser ikollhom segwitu madwar l-Ewropa u jispiraw lil
żgħażagħ oħra biex jassumu r-responsabbiltà talparteċipazzjoni!
Skadenza u kuntatti
• L-iskadenza biex tibgħatilna l-għażla tiegħek għal
“tema ta' azzjoni taċ-ċittadini” bl-Ingliż hija l-11
ta' Marzu 2015
• Għal iktar informazzjoni jew għajnuna jekk
jogħġbok ikkuntattjana:
• bil-posta elettronika: [email protected]
• Sit: www.eesc.europa.eu
•
L-Ewropa Tiegħek, Leħnek
•
@youreurope