L-Akwakultura f`Malta

Download Report

Transcript L-Akwakultura f`Malta

Minħabba tniġġis u s-sajd esaġerat, ilħut naqas sew mill-baħar.
Għalhekk il-bniedem ħoloq il-fishfarms,
fejn jitrabba l-ħut għall-ikel. L-istudju
tat-trobbija tal-ħut jissejjaħ
Akwakultura. Ħafna pajjiżi filMediterran illum għandhom ilfishfarms tagħhom, l-iktar l-Italja, ilGreċja, Franza u t-Turkija. F’Malta
hawn sitt fishfarms fosthom dawk
f’San Pawl il-Baħar, dawk fil-bajja talMellieħa, u dawk viċin it-torri ta’ San
Luċjan
Dan it-torri jinsab bejn Marsaxlokk u
B’Bugia. Fl-antik it-torri kien jiddefendi
lill-Maltin mill-attakki tal-furbani. It-torri
ta’ San Luċjan bnewh il-Kavallieri ta’ San
Ġwann fl-1610. It-torri ta’ San Luċjan
reġa’ nfetaħ fl-1988 bħala Ċentru
Nazzjonali tal-Akwakultura
AWRAT
SPNOTT
Fil-fishfarms taċ-Ċentru ta’ San Luċjan
jittrabbew ħut bħal awrat u spnott, ħut
tal-Mediterran. L-awrat hu l-iktar
popolari. F’dan iċ-ċentru nsibu ħafna
ħut għax huma jrabbuhom sa ma
jitfgħuhom fil-fishfarms u jibqgħu
jikbru hemm.
L-iktar ħuta popolari hija l-awrata.
L-Awrata tista’ tikber sa 400g biss.
Titwieled bajda u tkun kbira biss
2millimetri. Dan jinżamm sajjem u
fid-dlam għall-ewwel tlett ijiem. Ma
jagħtuhomx ikel iebes għall-ewwel,
iżda imbagħad jagħtuhom l-algi u
wara jibdew jiklu r-rotifliers u wara
l-artimia.
ARTIMIA
ROTIFIERS
Fil-laboratorju li hemm fiċ-Ċentru ssir riċerka
dwar l-ikbar mezzi li qed jgħinu fit-tkabbir
tal-ħut. Issir riċerka biex jistudjaw l-aħjar
mod kif jitrabba l-ħut u jistudjaw metodi li
jgħinu biex il-ħut ma jimradx. B’dan il-mod
in-nies li jaħdmu fil-laboratorju dejjem
jitgħallmu fuq metodi iktar effiċjenti biex
jipproduċu iktar ħut għas-suq. Fillaboratorju jistudjaw ukoll dwar il-mard li
jkollhom il-ħut biex ikunu jistgħu ifejquhom
u ma tonqosx il-produzzjoni.
Fiċ-Ċentru hemm kmamar fejn jistgħu
jidħlu biss nies impjegati fiċ-Ċentru.
B’hekk imwaħħlin ma’ xi bibien fiċĊentru wieħed jara tabelli biex
jindikalek li hemmhekk ma tistax
tidħol.
Bħala prekawzjoni qabel ma jidħlu
f’ċerti kmamar fejn jitrabba l-ħut,
idaħħlu ż-żarbun ġo reċipjent
mimli ilma mħallat ma’ kimika
speċjali li toqtol il-mikrobi
Fit-torri jkun hemm ukoll numru ta’
fkieren. Il-fkieren joħduhom
hemmhekk is-sajjieda għax meta jkunu
qed jistadu għall-ħut, il-fkieren
jinqabdu ġox-xbiek u jweġġgħu.
Għalhekk in-nies iddeċidew li
joħduhom fiċ-Ċentru tal-Akwakultura
sakemm ifiqu. Wara jerġgħu
jitfgħuhom il-baħar.