Transcript Żmien il
5.1.1 Il-Preistorja Iż-żmien ta' qabel mal-bniedem ivvinta l-kitba. Pre = qabel iStorja = il-ġrajja (miktuba) tal-bniedem Malta qabel ġew in-nies. Malta mhux minn dejjem kienet gżira. Fiż-Żmien is-Silġ (Ice Age) il-livelli tal-baħar kien ħafna anqas minnormal. Malta ma kinitx teżisti bħala gżira sa madwar 12-il elf sena ilu. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 2 Għar Dalam Għar Dalam (Birżebbuġa) huwa prova li Malta mhux dejjem kienet gżira. Fih instabu fossili ta' annimali li huma estinti (iljunfanti u ippopotami nani). Dan l-għar huwa wkoll wieħed mill-ewwel postijiet li fih beda jgħix il-bniedem meta ġie Malta. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 3 Ir-Rivoluzzjoni Neolitika. Qabel il-miġja tiegħu f'Malta l-bniedem kien żviluppa lbiedja. Il-klima aktar sħuna u stabbli ta' wara Żmien isSilġ kienet kontribut importanti f'din irRivoluzzjoni. Rivoluzzjoni Neolitika = il-bidla li għamel ilbniedem minn KAĊĊATUR nomadu għal BIDWI sedentarju. Sar jaf jiddomestika lannimali u l-ħxejjex u jgħix ġewwa djar u villaġġi. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 4 L-ewwel bnedmin f'Malta. Qasmu minn Sqallija madwar 7000 sena ilu (5000 Q.K.) Ġabu magħhom il-biedja – it-tagħrif dwar kif tipproduċi l-ikel. Kienu jgħixu f'għerien (Għar Dalam) u villaġġi (eż. Skorba). John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 5 Taqsimiet tal-Preistorja Maltija. Żmien Perjodu Żmien in-Neolitiku 5000QK - 4400 QK Żmien ir-Ram (jew, Żmien it-Tempji) 4400QK – 3000 QK Żmien il-Bronż 2500QK - 900QK John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 6 Żmien in-Neolitiku (1) In-nies bnew villaġġi u kienu jgħix millbiedja. Kienu jużaw għodda magħmula mill-ħaġar Kellhom reliġjon ibbażata fuq ittwemmin fl-alla talfertilita'. (iż-żnied, li kien jinġab minn Sqallija u gżejjer oħra). John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 7 Żmien in-Neolitiku (2) Fażi Żmien Għar Dalam 5000 Skorba (Griża) 4500 Skorba (Ħamra) 4400 In-Neolitiku f'Malta jinqasam f'3 FAŻIJIET li jirriflettu tipi differenti ta' fuħħar. Il-fażijiet ta' Skorba huma msemmija għall-kulur tat-tafal (griż jew aħmar). John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 8 L-oqbra tax-Xemxija. Tħaffru fil-blat fuq l-għolja li tagħti għal fuq ilbajja ta' San Pawl il-Baħar. Huma l-prototip (mudell) li fuqhom inbnew ittempji megalitiċi ta' Żmien ir-Ram. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 9 Żmien ir-Ram (1) (jew, Żmien it-Tempji) Minkejja l-isem, lgħodda f'dan ilMega = kbir perjodu kienet magħmula mill-ħaġar. litiku = ġebel Matul dan il-perjodu nbew it-tempju megalitiċi kollha ta' Malta John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 10 Żmien ir-Ram (2) Fażi Żmien Żebbuġ 4100 Mġarr 3800 Ġgantija 3600 Saflieni 3300 Tarxien 3000 It-tempji ġew kollha mibnija fl-aħħar 4 fażijiet. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 11 Żmien ir-Ram (3) Pjanta tat-tempji It-tempji megalitiċi kollha għandhom listess pjanta bażika: kmamar nofs tond, b'daħla trilittika (3 ħaġriet). Normalment, l-aktar kamra importanti kienet dik ta' faċċata d-daħla. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 12 Daħla trilittika. Kull tempju għandu daħla magħmula minn 3 ħaġriet; tnejn weqfin u waħda mimduda fuqhom. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 13 Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija Minn tempju sempliċi huma eżempji tajbin. b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 14 Żvilupp tat-tempji. It-tempji żviluppaw tul-iż-żmien. Numru mdaqqas ta' tempji huma doppji: Mnajdra u Ġgantija Minn tempju sempliċi huma eżempji tajbin. b'tlett ikmamar jinbnew tempji b'ħamest ikmamar u b'sebgħat ikmamar. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 15 Simboli fit-tempji. Simboli tal-FERTILITA': Statwi ta' nisa ħoxnin Tinqix t'annimali (magħoż, barrin, ħmir) Simboli tal-ĦAJJA ETERNA: Spirali Hut Serp Siġra John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 16 UNESCO World Heritage Sites Dawn it-tempji megalitiċi huma meqjusa ta' importanza kbira għall-kultura dinjija: Hypogeum of Ħal-Saflieni Ġgantija Ħaġar Qim Mnajdra Ta'Hagrat Skorba Tarxien John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 17 L-Ipoġew ta' Ħal Saflieni Jinstab f'Raħal il-Ġdid. Huwa mħaffer fil-blat fuq 3 livelli. Huwa tempju u nekropoli (ċimiterju). Kmamar importanti jikludu: l-Kamra tal-Oraklu, isSancta Sanctorum. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 18 Żmien il-Bronż. Fażi Żmien Tarxien (Ċimiterju) 2500 Borġ in-Nadur 1500 Baħrija 900 In-nies li bnew ittempji spiċċaw. Ħadd ma jaf kif. Minflok ġew nies ġodda, minn Sqallija wkoll, li ġabu magħhom għodda tal-bronż. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 19 Dolmen. L-aħjar eżempji ta' dolmens jinstabu f'Ta' Ċenċ, Għawdex. Dolmen hija struttura megalitika magħmula minn ġebla kbira ħafna mimduda fuq ġebel ieħor biex jinħoloq spazju taħt. X'aktarx kienet qabar. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 20 Menhir. Menhir hija ġebla twila wieqfa. L-użu tagħha mhux magħruf. Eżempju tajjeb ta' menhir tinsab f'Hal Far. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 21 Irħula fortifikati (1). Hemm numru ta' irħula fortifikati ta' Żmien il-Bronż. Borġ in-Nadur huwa eżempju tajjeb. Mibni fuq għolja, qrib tempju megalitiku antik. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 22 Irħula fortifikati (2). Borġ in-Nadur għandu ħajt difensiv (għoli 4 metri f'xi partijiet) li jdwwar parti mir-raħal. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 23 Ġwiebi forma ta' qanpiena. Il-villaġġi ta' Żmien il-Bronż kellom numru ta ġwiebi forma ta' qanpiena. Fihom kien jinħażen il-qamħ jew xi tipi ta' ċerejali oħra. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 24 Ċimiterju Tarxien. It-tempju megalitiku ta' Tarxien kien użat bħala krematorju fi Żmien il-Bronż. Jidher li it-twemmin tal-kultura l-ġdida kien differenti minn dik ta' Żmien ir-Ram. John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 25 Cart-Ruts (raddi tar-roti) Il-'cart-ruts' huma sensiela ta' raddi maqtugħa fil-blat f'pari. Ħadd ma jaf għal xiex kienu jintużaw. L-aħjar eżempji jinstabu bejn il-Buskett u lirdumijiet ta' Dingli (Clapham Junction). John Ungaro B.Ed (Hons), M.A. 26