L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta

Download Report

Transcript L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta

L-IMDINA
L-Imdina tinsab fuq għolja fin-nofs ta’ Malta.
Minħabba f’hekk hi tidher minn kullimkien. Hi
belt imdawra b’ħitan għoljin li nsejħulhom swar.
L-Imdina kienet mibnija fuq għolja biex lgħassiesa setgħu josservaw x’kien ikun qed
jiġri madwarhom filwaqt li jilmħu lill-għadu ġej
minn fuq il-baħar.
Meta kienu jinżlu l-ħallelin tal-baħar, in-nies millirħula tal-qrib kienu jaħarbu lejn l-Imdina biex
jistkennu fiha. Il-ħallelin kienu jsibu l-irħula u lirziezet vojta.
Meta mbagħad kienu jmorru jattakkaw lill-Imdina
u jsibuha magħluqa u mgħassa sewwa bis-suldati,
kienu jaqtgħu qalbhom u jmorru lura fuq ix-xwieni
tagħhom.
Minħabba f’dawn l-attakki l-Imdina saret laktar post importanti ta’ Malta.
L-Imdina kienet ukoll il-belt kapitali ta’ Malta.
Fl-antik l-aktar nies importanti tal-Gvern u lIsqof bnew il-palazzi tagħhom hemm.
Fi żmien ir-Rumani lImdina kienet ikbar milli hi
llum.
Min ċekken din il-belt u
dawwarha bis-swar u
ħaffer foss madwarha?
Ma nafux eżatt: jew lGħarab jew il-Biżantini.
Dan għamluh biex ikunu
jistgħu jiddefenduha
aħjar.
Kienu l-Għarab li
semmewha Mdina u għadha
jisimha hekk sal-lum.
Il-Bieb Prinċipali tal-Imdina
Il-Perit Franċiż
Francois Mondion
fetaħ il-Bieb
Prinċipali talImdina.
In-naħa ta’ ġewwa tal-Bieb Prinċipali talImdina jidhru t-tliet qaddisin protetturi ta’
Malta: San Publiju, San Pawl u Sant’Agata.
Il-Palazz Vilhena
Dan hu palazz fejn illum hemm il-Mużew talIstorja Naturali li jżuruh ħafna tfal tal-iskola
u turisti. Isejħulu Palazz Vilhena għax inbena
mill-ġdid mill-Gran Mastru Vilhena biex imur
joqgħod fih fis-sajf. Darba dan il-palazz kien
ukoll sptar.
Mal-Granmastru
Vilhena huwa
marbut ukoll irrestawr (tindif u
rranġar ta’ bini)
tal-Imdina
De Vilhena u l-palazz tiegħu
Dan il-bini huwa fuq stil barokk, jiġifieri li lbini u l-faċċati tiegħu jkunu b’disinji
kkumplikati.
It-Torri tal-Istandard
Fl-antik dan kien torri talgħassa.
Meta kienu jiġu l-ħallelin
tal-baħar jew l-għedewwa
jattakkaw lil Malta, minn
fuq dan it-torri kienu
jqabbdu ħuġġieġa.
Meta l-Maltin kienu jaraw
il-ħuġġieġa, kienu jindunaw
li waslu l-għedewwa u
jmorru jfittxu l-kenn flImdina.
Illum iservi ta’ uffiċju ta’
informazzjoni għat-turisti.
Il-Katidral
hu ddedikat
lil San Pawl.
Fl-1693, sar
terremot li għamel
ħsara lill-Katidral.
Għalhekk
waqqgħuh u reġgħu
bnewh mill-ġdid.
Il-perit talKatidral kien ilbravu
Lorenzo Gafa’.
Il-Katidral
minn ġewwa.
Il-Katidral
hu magħruf
l-aktar
għall-koppla
maestuża
tiegħu.
L-art talKatidral hija
miksija b'oqbra
ta' nies
magħrufa,
nobbli u
monsinjuri talKatidral li kienu
jgħixu f'dak
iż-żmien.
Il-Katidral huwa l-knisja prinċipali tadDjoċesi Maltija.
Jgħidu li fejn hemm il-Katidral, ħafna
snin ilu kien hemm il-Palazz ta’ Publiju,
il-gvernatur Ruman ta’ Malta li kien laqa’
lil San Pawl għandu.
Jgħidu wkoll li xi snin wara kien hemm
knisja ċkejkna.
Maż-żmien il-Maltin kellhom ikabbru din
il-knisja iktar minn darba, għax bdew
jaraw li ma kinitx kbira biżżejjed
għalihom.
Illum għandna l-Katidral.
San Publiju u San Pawl
L-Arċisqof ta’ Malta minn
dejjem kellu l-palazz
tiegħu fl-Imdina.
Dan jinsab imiss eżatt
mal-Katidral.
Il-Mużew tal-Katidral
Fil-Katidral minn dejjem kienu jużaw affarijiet
prezzjużi. Ħafna minn dawn m’għadhomx
jużawhom illum (per eżempju: ħwejjeġ liturġiċi
bħal dawk li jintlibsu għall-quddies, kalċijiet,
statwi, pitturi, reġistri, missali u kotba oħra)
Dari dan il-bini kien jintuża bħala seminarju.
Ġewwa t-triq Villegaignon
Il-Kappella tal-Karmnu
(stil Barokk) inbniet
fl-1659. Hawnhekk
bdiet ir-rewwixta talMaltin kontra lFranċiżi fl-1798.
Dan ġara meta lMaltin raw lill-Franċiżi
se jisirqu d-damask
biex ibiegħuh.
Id-Dar Normanna
Din hi dar kbira u antika ħafna. In-nies jafuha
bħala d-Dar Normanna għax mibnija kif kienu jibnu
n-Normanni li kienu jikkmandaw lil Malta ħafna snin
ilu. Imma l-isem propju ta’ din id-dar huwa Palazzo
Falson.
Din tinsab ftit
‘il fuq millknisja talKarmnu.
Meta ħafna snin ilu lKavallieri ġew Malta,
il-Gran Mastru
L’Isle Adam qagħad
f’dan il-palazz għal
tmint ijiem. Dan ilpalazz huwa t-tieni
l-eqdem bini li
nistgħu nsibu llum
ġol-Imdina. Illum iddar hi miftuħa għal
min irid jarha.
Faċċata tal-kappella
ta’ Sant’Agata hemm
Casa Inguanez –
palazz tas-seklu 14.
Dan ukoll jinsab fittriq prinċipali talImdina, imsejħa
Villegaignon.
Din hija l-usa’ triq
ġewwa l-Imdina.
Toroq ġewwa lImdina
Illum l-Imdina hija
attrazzjoni għatturisti.
Dawn jieħdu gost
imorru fit-toroq
dojoq u mgħawwġin
tagħha u jaraw ilbini sabiħ li fiha.
It-toroq ġewwa
l-Imdina kienu
dojoq u mserpa
biex il-Maltin u
l-Kavallieri
setgħu jaħarbu
u jistaħbew
faċilment millgħadu.
Apparti minnhekk,
f’każ ta’ xi attakk
il-passaġġ tan-nies
ikun limitat u lvleġeġ ma jwasslux
fit-tul. Fl-istess
ħin id-djar kienu
jkunu protetti mixxemx.
Fl-1530 Malta giet f’idejn
il-Kavallieri ta’ San Ġwann,
iżda billi l-istil tal-ġlied
kien tbiddel, dawn
stabbilixxew ruħhom filBirgu. Pero’, minħabba lattakki spissi tal-furbani
Torok, huma komplew
isaħħu s-swar.
L-Imdina żammewha bħala
s-simbolu ta’ awtorita’ fejn
kienu jitilgħu l-Gran Mastri
biex jieħdu l-ġurament talħatra tagħhom.
Illum l-Imdina m’għadhiex belt importanti
bħal qabel. Malli l-Kavallieri ta’ San Ġwann
bnew il-Belt Valletta, in-nies importanti talGvern, tal-Knisja u l-kbarat li qabel kienu
joqogħdu l-Imdina, bnew il-palazzi tagħhom
fil-belt il-ġdida. Minħabba f’hekk l-Imdina
tilfet l-importanza tagħha u saret il-belt
siekta.
Il-Belt Valletta
Entratura oħra għall-Imdina.
Bieb il-Griegi, il-bieb l-antik
li kien jintuża fis-seklu 15.
Minn fuq is-swar tal-Imdina, in-nies
tista’ tara veduta sabiħa tal-postijiet
ta’ madwar. Tista’ tara nofs Malta
mill-Imdina.
L-Imdina kellha l-isem ta’ Citta Notabile
wkoll. Ingħatalha dan l-isem għax ir-Re
Alfonsu ħamsa ta’ Spanja kien għolla ddinjita’ tagħha meta sejħilha ġawrha
prezzjuża tal-kuruna tiegħu.
Issa aħsbu sew min huma dawn:
Ninsab fuq għolja finnofs ta’ Malta.
L-Imdina
Tajna l-isem lil din ilbelt u baqa’ hekk sallum.
L-Għarab
Għandi l-palazz tiegħi
ħdejn il-Katidral.
L-Arċisqof
Pawlu Cremona
Issa aħsbu sew min huma dawn:
Imsemmi għal Gran
Mastru Vilhena u llum
jiena l-Mużew talIstorja Naturali.
Il-Palazz
Vilhena
Ġejna mibnija biex
niddefendu l-Imdina.
Swar
Il-Katidral hu
ddedikat lili.
San Pawl
Issa aħsbu sew min huma dawn:
Aħna t-tliet protetturi
ta’ Malta.
Ftaħt il-bieb prinċipali
tal-Imdina.
Dari kont torri talgħassa, illum inservi ta’
uffiċju ta’ informazzjoni
għat-turisti.
San Publiju,
San Pawl u
Sant’ Agata
Il-Perit Francois
Mondion.
It-Torri talIstandard
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
importanti ġewwa l-Imdina
u għidu liema huwa.
Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
importanti ġewwa l-Imdina
u għidu liema huwa.
Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Ħarsu lejn dawn ir-ritratti ta’ bini
importanti ġewwa l-Imdina
u għidu liema huwa.
Għidu xi ħaġa dwarhom ukoll.
Attivita’ f’pari 
F’pari, agħmlu lista ta’ dawk l-affarijiet
li tgħallimtu llum dwar l-Imdina.
Wara aqsmuhom mal-kumplament ta’
sħabkom u araw x’lista toħolqu lkoll
flimkien.
Tmiem
Minn Elaine Muscat
u l-Istudenti tal-Ħames sena.
Kulleġġ San Benedittu
Primarja Mqabba.