Il-Kapxin Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Download Report

Transcript Il-Kapxin Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Il-Kapxin

Tagħrifa għall-għalliema

http://malti.skola.edu.mt

Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja.

Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Il-kapxin hija sentenza qasira jew frażi u tinkiteb taħt stampa, ritratt jew tpinġija Il-kapxin tispjega fil-qosor l-istampa, ir-ritratt jew it-tpinġija f’pubblikazzjoni.

Qabbad lill-istudenti jsibu l-kapxins. Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu jkollhom kapxins tajbin.

Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom.

Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.

Xi su ġġerimenti għall-għalliema

- Tista’ tqabbad lill-istudenti jfittxu f’gazzetti u

f’rivisti u jqasqsu ritratti jew stampi minnhom bil-kapxins taħthom, u jwaħħluhom fuq il-pitazz.

- Tista’ tfittex ritratti minn fuq l-internet u tqabbad lill-istudenti jiktbu l-kapxins taħthom.

Saħħa!

http://malti.skola.edu.mt