PowerPoint Presentation - il-malti

Download Report

Transcript PowerPoint Presentation - il-malti

Il-Qwiel
għall-5 Sena
Attività – Aqra l-paragrafu u wara
agħżel liema qawl jaqbel l-aktar.
malti.skola.edu.mt
Petra xtrat ktieb mingħand ħanut tal-kotba.
Xtratu għax laqtitha l-qoxra tiegħu imma
ma tatx kas tal-istorja. Xħin qratu sabet li
ma tantx għoġobha.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Kull qalb trid oħra.
Mhux kulma jleqq hu deheb.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Mattea tinqala’ ħafna għat-tpinġija filwaqt li
ħabibtha Clare tinqala’ fis-somom. Għalhekk
meta Clare jkollha bżonn xi tpinġija għal xi
proġett, Mattea tgħinha. Imbagħad meta
Mattea jkollha xi diffikultà fis-somom,
tgħinha Clare.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Kull qalb trid oħra.
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Jackie tifla kurjuża ħafna. Tgħidx kemm
tħobb tistaqsi mistoqsijiet biex titgħallem!
L-ewwel ma tiekol l-għajn.
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Il-mistoqsija oħt il-għerf.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Andrea jħobb jigdeb xi gidba meta jagħmel
xi praspura minn tiegħu. Imma ma tantx
idum sa ma jinqabad!
L-ewwel ma tiekol l-għajn.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Il-giddieb għomru qasir.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Ilbieraħ Claudia rċiviet ir-riżultati
tal-eżamijiet. Ma tantx marret tajjeb. Biex
tagħqad ilbieraħ ħarbilha l-kelb tagħha wkoll!
Il-ħmar il-magħkus idur għalih
id-dubbien.
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
Wara d-daħk jiġi l-biki.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Darba Greta sabet bajrow nieqsa mill-pokit
tagħha. Wara ftit fl-art waqa’ l-pokit
tat-tifla ta’ warajha u Greta għenitha tiġbor
l-affarijiet. Taf li l-bajrow tagħha kienet
fost l-affarijiet ta’ mal-art?!
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Mhux kulma jleqq hu deheb.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Ivan xtaq jixtri mudell ta’ karozza għax kien
iġemmagħhom. Għalhekk nannuh mar jixtrilu
waħda għal għeluq sninu. Xtralu l-ikbar u
l-isbaħ waħda li kien hemm mingħajr ma
qagħad jagħti kas kemm tiswa!
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
L-ewwel ma tiekol l-għajn.
Wara d-daħk jiġi l-biki.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Darba Omar poġġa ġurdien tal-plastik fuq
il-mejda tal-għalliema qabel il-brejk. Xħin
daħlu mill-brejk u l-għalliema rat il-ġurdien,
werżqet twerżiqa. It-tfal tgħidx kemm daħku
iżda malajr isserjaw malli raw lill-għalliema
tintilef minn sensiha bil-qatgħa li ħadet!
Iż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Wara d-daħk jiġi l-biki.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Is-Sur Micallef kien jaħdem lejl u nhar
biex jaqla’ lira tajba. Kien jaf li bis-saħħa
t’hekk seta’ jsiefer safra tajba mal-familja
tiegħu.
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Wara d-daħk jiġi l-biki.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Sonia bdiet tagħmel ix-xogħol għad-dar.
Bdiet mill-itqal xogħol li kellha. Ħadet ftit
ħin mhux ħażin. Wara kompliet b’xogħol
eħfef. Hawnhekk damet anqas għax
il-mistoqsijiet kienu ħfief rixa.
Bil-flus tagħmel triq fil-baħar.
Għan-niżla kull qaddis jgħin.
Wara d-daħk jiġi l-biki.
Risposta ħażina!
Mur lura u erġa’ pprova!
Risposta tajba!
Prosit!
Saħħa!
malti.skola.edu.mt