Preżentazzjoni ta Reviżjoni u Taħriġ fuq il-Forom tal-Verb Semitiku

Download Report

Transcript Preżentazzjoni ta Reviżjoni u Taħriġ fuq il-Forom tal-Verb Semitiku

Il-Forom tal-Verb
Taħriġ / Reviżjoni fuq il-Forom
tal-Verb Semitiku
L-1 Forma
Toni ħareġ barra.
Leli xamm id-duħħan.
Marco weħel mill-eżami.
Alfred mar id-dar.
Andre mexa mid-dar sal-iskola.
Marija toħroġ kuljum ma’ sħabha.
Mamma: __________
It-2 Forma (KvKKvK)
• Mario kisser il-vażun.
(kiser)
• Marco waħħal poster mal-ħajt.
(weħel)
It-2 Forma
• Ix-xufier dawwar il-van.
(dar)
• Il-plejer waqqa’ lill-avversarju.
(waqa’)
Nissel it-2 Forma
L-1 Forma
It-2 Forma
1. telaq
tellaq
2. rikeb
rikkeb
3. ħareġ
ħarreġ
4. faqa’
faqqa’
5. wasal
wassal
6. waqaf
waqqaf
7. far
fajjar
8. tar
tajjar
9. mexa
mexxa
10. ġera
ġerra
Imla l-vojt b’verbi tat-2 Forma
1. Rayan ___________ (r-s-q)
il-pjanu.
2. L-irġiel __________ (n-ż-l)
l-bandiera.
3. Il-folla ________ (w-d-b)
il-ġebel lejn il-pulizija.
Il-5 Forma (tKvKKvK)
Il-ħames forma tinbena fuq it-tieni forma. Dan
isir billi nżidu ‘t’ quddiem it-2 forma.
• L-oġġetti tfarrku mill-ġellieda.
(farrak)
• Is-sewwieq twaqqaf mill-pulizija.
(waqqaf)
Il-5 Forma
It-2 forma
Il-5 forma
kisser
raqqad
waqqa’
ħajjar
mexxa
ressaq
tkisser
traqqad
twaqqa’
tħajjar
tmexxa
tressaq
bexxaq
tbexxaq
Imla l-vojt b’verbi fil-5 forma
1. Il-pulizija ressqet lill-ħalliel
quddiem il-maġistrat.
Il-ħalliel ___________ (r-s-q)
quddiem il-maġistrat
2. Toni kisser il-vażun.
Il-vażun ___________ (k-s-r).
Il-5 Forma
• Verbi li jibdew b’ ċ, d, ġ, s, x, z, ż fil-5 forma
jassimilaw it-‘t’ mal-ewwel konsonanti tal-verb.
B’hekk nirduppjaw il-konsonanti ta’ quddiem.
• Timmi xxemmex fuq is-saqqu.
(xemmex)
• Mario ssakkar ġewwa.
(sakkar)
Il-5 Forma
Verb / Nom /
Aġġettiv
It-2 Forma
Il-5 Forma
sadid
saddad
ssaddad
dlam
dallam
ddallam
xenqa
xennaq
xxennaq
ġibed
ġebbed
ġġebbed
tar
tajjar
ttajjar
dar
dawwar
ddawwar
Il-5 Forma
3. Il-bini illegali _____________
(w-q-għ).
4. Il-marid __________ (f-j-q)
bil-mediċina l-ġdida.
5. Il-kelb ___________ (r-k-b)
fil-van.
6. Iż-żwiemel __________ (d-ħ-l)
fl-istalel.
It-3 Forma (Kie/aKvK)
• Il-kappillan bierek il-każin.
• It-terremot riegħed il-bini.
• L-għalliem fiehem l-eżerċizzju
lill-istudenti.
It-3 Forma
Nom / Għerq
It-3 forma
1. wegħda
wiegħed
2. togħma
tiegħem
3. safra
siefer
4. ġ – għ – l
ġiegħel
5. w – ġ – b
wieġeb
6. ż – għ – l
żiegħel
7. w – ż – n
wieżen
8. m – għ – k
miegħek
9. q – r – r
qarar
Imla l-vojt b’verbi tat-3 Forma.
1. Mario __________ (w-għ-d) lil
ibnu li jixtrilu rota.
2. L-għalliem ___________ (ġ-għ-l) lill-istudenti jlestu
x-xogħol.
3. Alex u Sandro ___________ (s-f-r) ma’ tal-iskola.
4. Maria __________(ż-għ-l) b’ħabibtha meta mitilha
l-qattus.
5. It-tfal __________ (m-għ-k) lil
xulxin fuq ir-ramel.
Is-6 Forma (tKie/aKvK)
Il-każin tbierek
mill-kappillan.
Il-bini triegħed
mit-terremot.
L-eżerċizzju tfiehem
mill-għalliem.
Is-6 Forma
It-3 Forma
Is-6 Forma
1. bierek
tbierek
2. qiegħed
tqiegħed
3. qabad
tqabad
4. biegħed
tbiegħed
5. wiegħed
twiegħed
6. biegħed
tbiegħed
Is-6 Forma
• Verbi li jibdew b’ ċ, d, ġ, s, x, z, ż fis-6 forma
jassimilaw it-‘t’ mal-ewwel konsonanti talverb. B’hekk nirduppjaw il-konsonanti ta’
quddiem.
Steve ssieħeb mal-iscouts.
(sieħeb)
Becky u Marija ġġieldu fuq
ħmerija. (ġlied)
Is-6 Forma
It-3 Forma
Is-6 Forma
1. sieħeb
ssieħeb
2. dieħak
ddieħak
3. siefer
ssiefer
4. ġiegħel
ġġiegħel
5. żiegħel
żżiegħel
Is-6 Forma
Nom / Verb /Għerq It-3 Forma
Is-6 Forma
1. wegħda
2. togħma
3. barka
4. wiżen
5. w – ġ – b
6. f – h – m
7. b – għ – d
8. m – għ – k
9. q – r – r
twiegħed
ttiegħem
tbierek
twieżen
twieġeb
tfiehem
tbiegħed
tmiegħek
tqarar
wiegħed
tiegħem
bierek
wieżen
wieġeb
fiehem
biegħed
miegħek
qarar
Is-7 Forma
(nkvkvk, ntkvkvk, nktvkvk)
Id-duħħan nfirex (firex)
ma’ kullimkien.
Iż-żiemel intrikeb (rikeb)
mill-ġerrej.
Il-ħanut insteraq (seraq) bil-lejl.
Is-7 Forma
Verb
Is-7 Forma
1. ġarr
2. ħaraq
3. ħasad
4. laqat
5. rifes
6. rema
7. sab
8. qata’
9. bagħat
10. ġieb
11. għoġob
nġarr
nħaraq
nħasad
ntlaqat
ntrifes
ntrema
nstab
nqata’
ntbagħat
nġieb
ntgħoġob/ngħoġob
Imla l-vojt b’verbi tas-7 Forma.
1. It-tfajjel _________ (ħaraq) bis-sufarini.
2. Marija _________ (ħasad) meta stabat il-bieb.
3. Mario u Indri _________ (għażel)
biex jaqraw poeżija.
4. Il-ħamrija __________ (rema) fl-iskipp.
5. Il-ħabel ________ (qata’).
It-8 Forma (KtvKvK)
• Alex ftakar li kellu l-isports day.
(f-k-r)
• Chris ftaqar bil-logħob tal-flus.
(faqar)
• Iż-żibel imtela. (mela)
It-8 Forma
Għerq / Verb
1. laqa’
2. nesa
3. sadd
4. selaħ
5. niseġ
6. nasab
7. sabar
8. faqar
9. faħħar
10. żied
It-8 Forma
ltaqa’
ntesa
stadd
stelaħ
ntiseġ
ntasab
stabar
ftaqar
ftaħar
żdied
Imla l-vojt b’verbi tat-8 Forma
1. Missieri __________ (medd)
fuq is-sufan.
2. Il-Prim Ministru _________ (laqa’)
mal-istudenti.
3. Il-bieb ________ (s-b-t) bir-riħ.
4. Il-ġlieda malajr __________ (nesa).
Id-9 Forma (KKie/aK)
• Felix bjad bil-qatgħa
li ħa. (abjad)
• Il-ħalib qras. (qares)
• Simon smar bix-xemx.
(ismar)
Id-9 Forma
Aġġettiv
isfar
aħdar
aħmar
ikħal
iswed
iblah
twil
qasir
tajjeb
Id-9 Forma
sfar
ħdar
ħmar
kħal
swied
blieh
twal
qsar
tjieb
Imla l-vojt b’verbi tad-9 Forma
1. Wiċċu ________ (aħmar) bil-mistħija.
2. Martin tgħidx kemm _________ (twil).
3. L-armar ________ (qadim) bix-xemx.
4. Il-pjanti _________ (sabiħ) bil-fertilizzant.
L-10 Forma
(stvKKvK, stKvKK, stKvKKvK)
• Il-ħalliel stqarr li kien wettaq
is-serqa. (qarr)
• Ħija stenbaħ bl-inbiħ tal-kelb.
(nebbaħ/nebħ)
• Chris stkenn fil-garaxx għax
kienet nieżla x-xita. (kenn)
• Il-pulizija stħarrġet id-delitt. (ħarreġ)
L-10 Forma
Verb
L-10 Forma
kenn
stkenn
qarr
stqarr
nebħ
stenbaħ
ħeba
staħba
għana
stagħna
ħarreġ
stħarreġ
kerrah
stkerrah