Il-Prepożizzjoni

Download Report

Transcript Il-Prepożizzjoni

Il-prepożizzjoni hija kelma li turi
relazzjoni bejn partijiet differenti
tas-sentenza.
Il-Prepożizzjonijiet
• Eż. ma’, ta’, sa, fi, bi, ġo.
Il-konsonanti li għandhom din il-forma Kv / Kv’
(sa, ma’) jistgħu jitqassru u jiġu K’ (s’, t’)
quddiem kliem li jibda b’vokali, għ jew h.
Eż. Mort m’oħtok il-belt. (ma’)
Mort ma’ nannuwi l-isptar.
Tlaqt s’għand in-nanna. (sa)
Tlajna sa Għawdex.
Il-Prepożizzjonijiet
Il-prepożizzjonijiet bi u fi jridu jitqassru
bilfors quddiem vokali, għ u h jew
kliem li jibda b’konsonanti waħda.
Eż. Ilqattni b’minkbek.
Daħħal fellus f’moħħu.
Fejn ġej b’dik il-mera?
Il-Prepożizzjoni quddiem
kelma bil-vokali tal-leħen
 Il-prepożizzjonijiet ma jitqassrux
quddiem kliem li jibda b’vokali talleħen.
Eż. Ibbilanċja l-ballun bi mnieħru.
Xi rkejjen imtlew bil-ħmieġ.
Raqad bi mħadda taħt rasu.
Il-Prepożizzjoni u l-Artiklu
• Il-prepożizzjonijiet jingħaqdu
dejjem mal-artiklu.
Eż. Fil-ħanut daħlu żewġ tfajliet.
Lill-isqof qalgħulu ħafna problemi.
Għall-erwieħ, x’ikla kilt!
Tal-gabbana se jagħlaq.
Il-Prepożizzjoni u l-Artiklu
Il-prepożizzjonijiet bl-artiklu quddiem
kliem li jispiċċa b’konsonanti xemxija
jassimilaw l-artiklu.
Eż. Rita qiegħda fis-salott.
Alexia qagħdet tilgħab bis-sriep.
Max faqa’ l-ħġieġa bil-ballun.
Il-Prepożizzjoni u l-Artiklu
Il-prepożizzjonijiet jiġu b’konsonanti doppja
fit-tarf (bħall-, għall-, lill-) meta:
i) jispiċċaw bil-konsonanti l u jingħaqad
magħhom l-artiklu (l-).
lil + l-, għal + l-, bħal + lii) Il-prepożizzjoni minn tispiċċa b’konsonanti
doppja u għalhekk in-n tinbidl f’l (minn + l mill-).
Eż. Għadni ġej mill-Imsida.
Rajtek ħierġa mill-knisja.
Il-Prepożizzjoni ma’ + l Meta l-prepożizzjoni ma’
tingħaqad mal-artiklu
tinkiteb dejjem b’ l waħda
(mhux mall- iżda mal-).
Eż. Ħriġt mal-ħbieb.
Dur mal-kantuniera.
Il-Prepożizzjoni u l-Artiklu
 Meta prepożizzjoni b’konsonanti doppja
(mill-, għall-, lill-, bħall-) tinzerta
quddiem kelma oħra li tibda bilkonsonant l taqa’ waħda mill-l.
Eż. Din l-għajnuna għal-Libjani.
Lil-lavranti tajniehom iż-żieda.
Mil-Liberja ma ġie ebda turist din is-sena.
Il-ħalliel għamel bħal-lupu.
Kif tinduna meta għandek
tikteb l-artiklu?
Uża l-prepożizzjoni ta’ / tal- biex tkun taf jekk
għandekx iżżid l-artiklu jew le.
Żomm f’moħħok il-kuntest.
Eż. Xtrajt riġal lill-istudenti. (tal-istudenti)
Dan il-ġbir għall-missjoni. (tal-missjoni)
iżda
Eż. Lil sieħbi xtrajtlu rigal. (ta’ sieħbi)
Dawn l-imwejjed kollha għal barra. (ta’ barra)
Il-Mudell ta’ / talta’
tal-
għal
għal
dejjem
għall-
għallerwieħ
lil
lil kulħadd lill-
lillappostli
bħal
bħal daż- bħallżmien
bħallbhejjem
Il-Prepożizzjoni
lil u lill- imqassra
 lil  ’l / ’il
lill-  ’l- / ’ilL-appostrofu (’) jinkiteb dejjem qabel il-partiċella.
 lil
Rajt lil ħuk.  Rajt ’il ħuk.
(’il meta taħbat bejn 2 konsonanti)
Sejjaħna lil kulħadd.  Sejjaħna ’l kulħadd.
(’l meta taħbat bejn v + k, k + v, v + v)
 lillĊempilt lill-kappillan.  Ċempilt ’il-kappillan.
(’il- meta taħbat bejn 2 konsonanti)
Kellimt lill-arċipriet.  Kellimt ’l-arċipriet.
(‘l- meta taħbat bejn v + k, k + v, v + v)
Il-Prepożizzjonijiet marbuta
ma’ direzzjonijiet.
• Il-prepożizzjoni lil ġeneralment
titqassar quddiem id-direzzjonijiet.
Eż. ’il quddiem,
’il barra,
’l isfel,
’il fuq,
’il bogħod,
’l hawn...
’il ġewwa,
’l hemm,
Xħin daqqet is-sirena, inżilna niġru ’l isfel.