In-Numri Tagħna Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/ Meta twilidt? Jien twilidt fin-1974? Jien twilidt fl-1974? Liema hija t-tajba?

Download Report

Transcript In-Numri Tagħna Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/ Meta twilidt? Jien twilidt fin-1974? Jien twilidt fl-1974? Liema hija t-tajba?

In-Numri Tagħna

Tagħrifa għall-għalliema

http://malti.skola.edu.mt/

Meta twilidt?

Jien twilidt fin-1974?

Jien twilidt fl-1974?

Liema hija t-tajba?

Ejjew ngħidu n-numri bil-Malti!

Għalhekk darri lit-tfal ...

(1) Jagħtu n-numri tal-paġni bil-Malti.

Għajnuna...

It-tfal iż-żgħar jistgħu jitħawdu meta tgħidilhom numru li jkun fih iktar minn tnejn, eż. “erbgħa u ħamsin” (54). Evita li tgħid in-numru bl-Ingliż biex jifhmu x’qed tgħid. Minflok, biex tgħinhom, tista’ tgħidilhom ukoll “ħamsa, erbgħa”. Wara erġa’ għid in-numru kif suppost.

(2) Jagħtu l-ħin u d-dati bil-Malti.

Għajnuna...

Fil-klassi waħħal kalendarju bil-Malti. Tista’ tqabbad lit-tfal jagħmluh, u għal kull jum jorbtu stampa jew ritratt. Fuq il-bord ikteb id-data bil-Malti, u ara li t-tfal ikunu jafu jaqrawha bil-Malti.

(3) Jagħtu n-numri tat-telefown bil-Malti.

Għajnuna...

Għandna ngħidu n-numri tat-telefown jew tal-mowbajl bil-Malti. Biex in-numri tat-telefown jinftiehmu aktar, għidhom tnejn tnejn (jew erbgħa erbgħa).

Eż.

25 63 49 50 tnejn ħamsa, sitta tlieta, erbgħa disgħa, ħamsa żero

(4) Jagħtu l-prezzijiet bil-Malti.

Għajnuna...

Il-kelma ewro: - tinkiteb dejjem ewro, mhux euro - tibqa’ dejjem ewro, anki fil-plural - niktbuha dejjem b’ittra żgħira Ngħidu aħna: €34 = erbgħa u tletin ewro €79.78ċ = disgħa u sebgħin ewro u tmienja u sebgħin ċenteżmu

Ideat prattiċi oħrajn...

- Qabbad lit-tfal taparsi jiktbu ċekkijiet bil-Malti - Darri lit-tfal jaħdmu kontijiet sempliċi bil-Malti - Sajru xi ħaġa flimkien: kemm għandek bżonn kilogrammi, grammi, litri, eċċ.? - Tinsiex il-logħba tal-passju!

Tista’ wkoll tilgħab it-tombla...

Dawn huma xi laqmijiet tan-numri: 1 = l-unu / iż-żgħir 25 = il-Milied 2 = il-pulit / is-sulu / il-gażżu / ta’ waħdu / iż-żewġ / il-par 40 = tar-Randan 7 = il-pipa 50 = in-nofs qantar 11 = saqajn is-Sur Ċikk 51 = flixkun rum 12 = tużżana 69 = il-maqlubin 13 = ta’ Ġuda 88 = bajd bajd 14 = ta’ Doru 90 = ix-xiħa 17 = tad-diżgrazzji 21 = tas-sawm 22 = is-sorijiet għarkupptejhom Minn Qwiel, Idjomi, Laqmijiet Maltin u trufijiet oħra ta’ Albert W. Agius, BDL, 2004

Din il-poeżija ħelwa ħafna u tista’ tgħinek maż-żgħar.

In-Numri

Wieħed, tnejn, tlieta, Ċetta kemm hi kwieta; Erbgħa, ħamsa, sitta, Ċetta kemm hi fitta; Sebgħa, tmienja, disgħa, Ċetta tħobb il-wisa’; Għaxra, ħdax, tnax, Trid tmur tiġri U ma tistax!

Bro. Henry minn Madwari 2, De La Salle Brothers, 1979

Ħaġa moħġaġa

Twieled l-ewwel fil-familja, iżda hu l-iċken wieħed!

X’inhu?

In-Numru Wieħed

Mill-ktieb Ħaġa Moħġaġa u Taħbil il-Moħħ Ieħor ta’ Ġużè Cassar Pullicino, BDL, 2003

FTAKAR (1) tliet jew tlett/tlitt?

tmien jew tmint?

tliet tmien

ħames

tlett/tlitt tmint

ħamest

tliet ħutiet tmien ħutiet

ħames ħutiet

tlitt/tlett itfal tmint itfal

ħamest itfal

FTAKAR (2)

erba’ jew erbgħa?

erba’

ħames

seba’

ħames

erbgħa

ħamsa

sebgħa

ħamsa

disa’

ħames

disgħa

ħamsa

FTAKAR (3)

Minn 11 sa 19

•ħdax-il •tnax-il •tlettax-il •erbatax-il •ħmistax-il •sittax-il •sbatax-il •tmintax-il •dsatax-il

Wieħed, tnejn, tlieta ...

Saħħa!

http://malti.skola.edu.mt