Iz-zghar ta` l

Download Report

Transcript Iz-zghar ta` l

Iż-żgħar
tal-annimali
Ġanni għandu razzett u
jipprova jżommu perfett.
In-nagħġa kellha ħaruf.
Kien qisu kobba suf.
Il-baqra għandha għoġol,
U Ġanni waħħalu ġonġol.
Il-ħmara għandha felu,
Tiskanta kemm hu ħelu.
Il-kelba għandha ġeru,
Dejjem jiġri wara l-felu.
It-tiġieġa kellha fellus.
U l-għasfura kellha
pespus.
Il-mogħża għandha gidi,
Trid tarah jiekol minn
idi.
Id-debba għandha mohor.
Hekk qal Ġanni b’leħen
żorr.
Il-ħanżira għandha
qażquż.
Għandu wiċċu tassew
gustuż.
Il-qattusa għandha
l-frieħ,
Kieku taf kemm huma
sbieħ.
Il-ħaruf huwa ż-żgħir ta’
• debba
• nagħġa
• kelba
L-għoġol huwa ż-żgħir ta’
• ħmara
• tiġieġa
• baqra
Il-felu huwa ż-żgħir ta’
• ħmara
• debba
• nagħġa
Il-ġeru huwa ż-żgħir ta’
• debba
• għasfura
• kelba
Il-ferħ huwa ż-żgħir ta’
• qattusa
• tiġieġa
• ħmara
Il-pespus huwa ż-żgħir ta’
• għasfura
• ħanżira
• qattusa
Il-gidi huwa ż-żgħir ta’
• tiġieġa
• ħmara
• mogħża
Il-mohor huwa ż-żgħir ta’
• qattusa
• debba
• mogħża
Il-qażquż huwa ż-żgħir ta’
• nagħġa
• ħanżira
• mogħża