Transcript Hsejjes fir
Ħsejjes fir-razzett Dan huwa kelb. Baw-waw! Il-kelb jinbaħ. Hu jkun għassa mal-annimali li hemm fir-razzett. Dan huwa serduk. Quqqu-qu-qu! Is-serduk jidden kmieni kuljum. Din hija tiġieġa bajda u ħamra. Klakk Klakk! It-tiġieġa tqaqi. Hija tbid il-bajd. Fir-razzett hemm qattus. Mjaw! Mjaw! Il-qattus inewwaħ. Fl-istalla hemm żiemel. Iż-żiemel jiżher. Kemm hu sabiħ dan iż-żiemel. Dan huwa ħmar. Ħi-ħo! Ħi-ħo! Il-ħmar jinħaq! Din hija papra! Kwakk! Kwakk! Il-papra tlaqlaq! Dan huwa għasfur! Psitt! Psitt! L-għasfur isaffar! Dan huwa fellus! Psitt! Psitt! Il-fellus ipespes! Miskien kif joħdulu rasu lil Ġanni! Imma kemm iħobbhom l-annimali! Issa ħa nara kemm għadkom tiftakkru! Min jidden? •Il-kelb •L-għasfur •Is-serduk Min isaffar? •It-tiġieġa •L-għasfur •Iż-żiemel Min inewwaħ? •Il-qażquż •Il-qattus •Il-ħmar Min jinħaq? •Il-qattus •Il-ħmar •Is-serduk Min ilaqlaq? •Il-papra •Il-ħmar •It-tiġieġa Min jinbaħ? •Il-kelb •Il-ħmar •Il-papra Min jiżher? •Il-kelb •Iż-żiemel •Il-papra Min iqaqi? •Il-qattus •It-tiġieġa •L-għasfur Min ipespes? •Il-fellus •Il-ħmar •Il-papra Prosit tassew tfal! Tridux inkantaw il-kanzunetta tal-annimali tar-razzett? Ħriġna dawra sar-razzett Rajna ħafna annimali. Baqar, fniek, tiġieġ u flieles, Papri, mogħoż, nagħaġ u majjali. Klieb u ġriewi wu wu wu. Baqra u għoġol mu mu mu. Papra tlaqlaq kwakk kwakk kwakk. U t-tiġieġa klakk klakk klakk. Ħriġna dawra sar-razzett Rajna ħafna annimali. Baqar, fniek, tiġieġ u flieles, Papri, mogħoż, nagħaġ u majjali. Ququ qu qu idden is-serduk. Beqq qalet in-nagħġa. Ħi-ħo ħi-ħo naħaq il-ħmar. U d-dubbien minn fuqu tar. Ħriġna dawra sar-razzett Rajna ħafna annimali. Baqar, fniek, tiġieġ u flieles, Papri, mogħoż, nagħaġ u majjali. Klieb u ġriewi wu wu wu. Baqra u għoġol mu mu mu. Papra tlaqlaq kwakk kwakk kwakk. U t-tiġieġa klakk klakk klakk. Ququ qu qu idden is-serduk. Beqq qalet in-nagħġa. Ħi-ħo ħi-ħo naħaq il-ħmar, U d-dubbien minn fuqu tar.