Fir-razzett (Maskil u femminil)

Download Report

Transcript Fir-razzett (Maskil u femminil)

Fir-razzett ta’ Ġanni
Dan huwa Ġanni.
Ġanni huwa bidwi.
Ejja mmorru naraw
l-annimali fir-razzett
ta’ Ġanni.
Fir-razzett Ġanni
għandu tiġieġa.
It-tiġieġa
kanella bl-aħmar.
Hija tbid
il-bajd.
Dan huwa serduk.
Is-serduk jidden
kmieni kuljum.
Is-serduk huwa
r-raġel tat-tiġieġa.
Fir-razzett
Ġanni għandu
qattus sabiħ.
Il-mara talqattus hija
l-qattusa.
Hemm ukoll
baqra…
… u barri
bil-qrun kbir.
Il-baqra tagħtina
l-ħalib.
Ġanni għandu
żiemel u debba
kannella.
Dawn jgħixu
fl-istalla u
jieklu s-silla.
Fir-razzett hemm
ukoll kelb u kelba.
Dawn
ikunu
għassa mar-razzett.
F’dan ir-razzett hemm
mogħża
u bodbod.
Il-mogħża
tagħtina l-ħalib.
Ġanni għandu nagħġa.
Hi tagħtina s-suf u
anke l-ħalib.
Ir-raġel
tan-nagħġa
hu l-muntun.
Mill-ħalib nagħmlu
l-ġobon.
Kemm għandu annimali
sbieħ Ġanni.
U kemm
iħobbhom
l-annimali
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tal-kelba hu:
• żiemel
• għasfur
• kelb
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tal-qattusa hu:
• qattus
• bodbod
• ħanżir
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tal-baqra hu:
• muntun
• barri
• ġurdien
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tad-debba hu:
• żiemel
• għasfur
• barri
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tal-mogħża hu:
• bodbod
• qattus
• kelb
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tat-tiġieġa hu:
• żiemel
• għasfur
• serduk
Tistgħu tgħinuni ftit?
Ir-raġel tan-nagħġa hu:
• ħmar
• papru
• muntun
Saħħa tfal!
Għożżuhom
l-annimali.