Annimali zghar

Download Report

Transcript Annimali zghar

Iż-żgħar
tal-annimali
Fir-razzett kien
hemm serduk u
tiġieġa.
It-tiġieġa
biedet żewġ
bajdiet.
Minn dak il-bajd faqqas
fellus isfar.
Il-fellus
mar jara
l-annimali.
Il-fellus ra qattus
u qattusa.
Dawn kellhom ferħ
imqareb ħafna.
Il-ferħ mar jiġri
wara l-fellus .
Iżda l-fellus
ħarab.
Il-fellus wasal ħdejn
kelb u kelba.
Kemm hu gustuż
il-ġeru tagħhom.
Imbagħad l-fellus
ra ħanżir u
ħanżira.
Il-qażquż kien
kollu tajn.
Il-fellus wasal
ħdejn l-istalla.
Fl-istalla kien hemm
żiemel u debba.
Fl-istalla kien
hemm mohor
kannella.
Il-mohor huwa ż-żgħir
taż-żiemel u debba.
Il-fellus wasal
ħdejn il-vaska.
Fil-vaska kien hemm
papra, papru u fellus.
Il-fellus ra barri
u baqra.
Kien hemm
għoġol qed
jiekol il-ħaxix.
Il-fellus ra
fenek
kannella u
fenka bajda.
Dawn kellhom
żarmuġ abjad.
Il-fellus ra kobba suf.
Iżda dak mhux
suf kien!
Dawn kienu in-nagħġa,
il-muntun u
l-ħaruf.
Kemm ħa gost
jara l-annimali
dan il-fellus.
Imma issa kien sar ilħin u għalhekk mar lura
ħdejn ommu u missieru.
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tal-ħanzira
u l-ħanżira.
Jien...
• qattus
• qażquż
• ġeru
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir taż-żiemel
u d-debba.
Jien...
• mohor
• ferħ
• fellus
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tal-kelb u
l-kelba.
Jien...
• felu
• ġeru
• żarmuġ
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir barri u
l-baqra.
Jien...
• għoġol
• fellus
• mohor
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tan-nagħġa
u l-muntun.
Jien...
• għoġol
• żarmuġ
• ħaruf
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tal-fenek
u l-fenka.
Jien...
• ġeru
• żarmuġ
• qażquz
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tal-papra u
l-papru.
Jien...
• fellus
• qażquż
• mohor
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tal-qattus
u l-qattus.
Jien...
• ferħ
• għoġol
• ġeru
Tiftakar min jien?
Jien iż-żgħir tas-serduk
u t-tiġieġa.
Jien...
• qattus
• fellus
• ġeru
Bravi tfal. Prosit
tassew. Nispera li
ma ndumx ma’
nerġa narakom!