DUN KARM PSAILA - It-tagħlim tal-Malti

Download Report

Transcript DUN KARM PSAILA - It-tagħlim tal-Malti

DUN
KARM
PSAILA
IL-POETA
NAZZJONALI
Twelid u trobbija
 Twieled fit-18 t’Ottubru 1871 f’dar
numru 18, Triq il-Parroċċa ĦażŻebbuġ.
 Kien id-disa’ wild fost għaxar aħwa
li minnhom il-poeta laħaq biss
erbgħa għax l-oħrajn mietu żgħar.
 Dun Karm jistqarr li kien tifel
imqareb ħafna u ħadd ma seta’
jsib tarfu.
L-influwenza ta’ ommu

Ommu, Lunzjata mwielda Pisani, (1831-1909)
kienet mara twajba li ħalliet influwenza
kbira fuq il-poeta.

Ta’ spiss isemmiha fil-poeżiji tiegħu u jasal
biex jagħraf li kellha sehem importanti flgħażla tal-vokazzjoni tiegħu:
“… u fik, anġlu ta’ mħabba, omm għażiża,
ftakart li… nissilt f’qalbi x-xewqa ta’ dan ilħobż…”
“... u forsi kienet bidu tal-oħra li wasslitni
fil-quċċata tal-artal ma’ Ġesù.”
Ir-relazzjoni ma’ missieru

Filippu Psaila (1828-1892), missier il-poeta,
minkejja li kien ġej minn familja talbdiewa, intefa’ fuq it-tbaħħir bejn Malta u
l-Greċja.

Dan wassal biex il-poeta bena relazzjoni
akbar m’ommu milli ma’ missieru.

Biex ifakkar il-mewt ta’ missieru, Dun
Karm kiteb is-sunett bit-Taljan, A mio
padre morto.

Fil-poeżiji tiegħu, il-poeta ta’ sikwit isemmi
l-baħar, ngħidu aħna fil-poeżiji Żagħżugħ
ta’ Dejjem, Kewkbet is-Safar u Il-Ġerrejja u
Jien.
L-istudji

Wara l-istudji primarji, fil-21 ta’
Settembru 1885, daħal isSeminarju biex ikompli l-istudji
sekondarji.

Fl-1888, meta kellu 18-il sena,
beda l-istudji għal saċerdot.

F’din is-sena kiteb l-ewwel
poeżija tiegħu bit-Taljan, Del mio
genio primizio, iddedikata lillIsqof Pietru Pace.

Ġie ordnat saċerdot ta’ 23 sena,
fis-17 ta’ Mejju 1894.
Il-Poeżija bit-Taljan
 Fl-1896 Dun Karm ħareġ l-
ewwel ktieb ta’ poeżiji bitTaljan, Foglie d’alloro.
 Fih hemm ġabra ta’ 37 poeżija
li kien kiteb bejn is-17-24 sena.
 Dik il-ħabta kien jgħallem l-
Ingliż, it-Taljan u l-Latin fisSeminarju.
Barra minn Malta
 Bħala qassis żagħżugħ,
fl-1901 mar Londra u
Pariġi.
 Għamel
f’Tuneż.
waqfa wkoll
Ma’xi ħbieb Żebbuġin
Dilettant tad-daqq tal-Mandolina
Żminijiet iebsa u ta’ solitudni

Fl-1909, ġarrab il-mewt t’ommu
Lunzjata fl-età ta’ 78 sena.

Fl-1910, il-Kardinal La Fontaine,
wettaq riforma fis-Seminarju u Dun
Karm kellu jsib post alternattiv fejn
joqgħod.

Kera post numru 52, fi Triq l-Ifran
il-belt Valletta.

Għex għal 26 sena waħdu, ’il
bogħod minn ħutu u sħabu
f’solitudni kbira.
L-ewwel poeżija bil-Malti

11 ta’ Jannar 1912
 Dun Karm jitlob l-għajnuna tal-
Madonna biex jikteb l-ewwel poeżija
bil-Malti.
 Dan biex jikkuntenta lill-Mons. Pawl
Galea u lis-Sur Ġużè Muscat
Azzopardi li tħajru jibdew joħorġu lperjodiku Il-Ħabib.
 Din il-poeżija jisimha “Quddiem Xbiha
tal-Madonna.”
Snin tad-deheb
Fis-snin ta’ solitudni u
niket, Dun Karm ħoloq
l-aqwa xogħlijiet
poetiċi tiegħu,
fosthom:




Lill-Kanarin Tiegħi
Il-Vjatku
Żjara lil Ġesù
Il-Jien u Lil Hinn Minnu
L-ewwel pubblikazzjoni bil-Malti
Mejju 1914

Dun Karm jippubblika l-ewwel 15-il
poeżija bil-Malti.

Il-ktejjeb
semmieh “Ġemgħa talpoeżiji li chtibt bil-Malti” u kien
jifforma n-numru 140 tar-rivista
popolari Mogħdija taż-Żmien.

Il-benefattur ewlieni kien Alfons Maria
Galea li bi flusu, għen kemm-il darba
lil Dun Karm f’ħidmietu.
Membru fl-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti
1920/21
 Titwaqqaf
l-Għaqda tal-Kittieba
tal-Malti li bdiet taħdem biex ikun
hemm alfabett u ortografija
waħda għall-Malti.
 Dun Karm intgħażel fil-kumitat
tagħha u kien membru wkoll filkummissjoni li bdiet taħdem fuq lalfabett u l-ortografija.
Maħtur Assistent Biblijotekarju
1921
 Dun
Karm
jinħatar
Assistent Biblijotekarju talLibrerija Nazzjonali talBelt.
 Żamm din il-kariga għal
żmien twil u kien xogħol
għal qalbu ferm.
Għajnuna fid-dar
 Billi Dun Karm kien jgħix waħdu,
kuġinuh Toni Pisani kien jibgħatlu lil
bintu Pina biex tnaddaflu darba filġimgħa.
 Wara
Pina bdiet tmur oħtha
Ġannina li baqgħet iddur bih
sakemm mardet serjament u mietet
fil-15 ta’ Frar 1937.
 Dun Karm kien japprezza ħafna
xogħol Ġannina u ddedikalha diversi
poeżiji.
5 ta’ April 1922
Dun Karm inħatar
Monsinjur Onorarju
tal-Katidral.
Ħidma Pastorali
Dun Karm kien l-ewwel Direttur Spiritwali tal-membri
xebbiet tal-Leġjun ta’ Marija.
Ġużè Bonnici joħroġlu “It-Tliet Kotba talGħana”
 X’Ħabb u x’ħaseb il-Poeta (1939)
 X’Emmen il-Poeta (1939)
 X’Għamel iżjed il-Poeta (1940)
Poeta Nazzjonali
1935
Laurent
Ropa,
fl-artiklu
“Malta et sa littérature” f’La
Grande Revue, isejjaħ lil Dun
Karm “Poeta Nazzjonali”.
“(Leur auteur, Mgr. Carmelo
Psaila alias Dun Karm, fait
figure de poète national)”.
Midalja tad-deheb
Ġużè Muscat Azzopardi
 Dun Karm ingħata dan l-
akbar
unur
bħala
apprezzament
tal-ħidma
kbira tiegħu b’risq il-Malti u
l-Letteratura fl-1946.
 Kien il-Gvernatur Ingliż Sir
Francis Douglas, li ta
personalment lil Dun Karm
din l-onorifiċenza.
L-Innu Malti
Miktub minn Dun Karm
 L-Innu Malti ndaqq għall-ewwel
darba fis-27 ta’ Diċembru 1922,
fit-Teatru Manoel.
 Fis-27 ta’ Frar 1941 saret talba
mil-Logutenent Kurunell Roger
Strickland biex l-Innu Malti jkun
magħruf uffiċjalment mill-Kunsill
tal-Gvern bħala l-Innu Nazzjonali.
 L-Innu Malti huwa mniżżel kemm
fil-Kostituzzjoni ta’ Malta
1964 kif ukoll tal-1974.
tal-
L-Innu Malti
Mużika ta’ Robert Samut

Prof. Robert Samut speċjalizza filmediċina imma minn ċkunitu kien
iħobb il-mużika.

Meta
kien
fl-Università
ta’
Edinburgh, ħbiebu barranin talbuh
ikantalhom l-innu ta’ pajjiżu u minn
hawn intebaħ li Malta kienet
għadha bla innu nazzjonali.

Meta rritorna pajjiżu, Samut
ikkompona l-melodija li għaliha
Dun Karm kiteb il-versi tal-Innu
Malti.
Innijiet li jsaħħru
Dun
Karm
jibqa’
magħruf għall-innijiet li
kiteb fosthom l-Innu ta’
Filgħodu u l-Innu ta’
Filgħaxija, Fil-Ħlewwa
ta’ Mejju u l-Innu
Ewkaristiku li ħa fama
internazzjonali.
Dun Frans Camilleri:
Il-fotografu ta’ Dun Karm
L-aħħar ritratt tal-Poeta Nazzjonali
Mewt u difna
 Dun Karm miet fit-13 ta’ Ottubru tal-1961, fl-għomor ta’ 90
sena neqsin ħamest ijiem.
 Huwa kien talab u qala’ permess biex jibni kappella personali
fiċ-ċimiterju ta’ raħal twelidu fejn jinsab midfun illum.
“Non Omnis Moriar”
“Iżda l-għanja ma tmutx;
Minn taħt il-għatu
Tal-qabar waħdu tibqa’ ħierġa safja
Il-mewġa ddoqq li ġewwa qalbi ssawret
fil-ħolma ta’ żgħożiti…
Hekk il-poeta jgħanni
meta tmissu l-id t’Alla:
Ħabbar tas-sewwa, mera tas-sbuħija,
kelmtu mis-sema, u min fis-sema tnissel
la jixjieħ u la jmut.
Il-poeta jintemm u l-għanja tibqa’.”
Għażiż għall-pajjiż


Bosta
persuni
u
għaqdiet taw ġieħ u
baqgħu jfakkru lillPoeta Nazzjonali wara
mewtu.
Is-soċjetà
tal-kleru
Christus Rex ġabret ilfondi biex isir bust talbronż għal Dun Karm
maħdum mill-iskultur
Ġorġ Borg.
Karmen Mikallef Buħaġar
Tul ħajjitha, Karmen Mikallef
Buħaġar ħadet ħsieb tqiegħed
lapidi mal-postijiet marbutin malħajja ta’ Dun Karm u ħarġet ilfondi għall-Konferenza Dun Karm
li bdiet fl-1976.
Imfakkar miż-Żebbuġin
Fl-1971, fil-mitt sena
minn twelidu, il-Kunsill
Ċiviku ta’ Ħaż-Żebbuġ
waqqaf mafkar f’ġieħu.
Bijografiji u kritika letterarja
Prof. Oliver Friggieri ppubblika IlPoeżiji Miġbura ta’ Dun Karm u Dun
Karm – Le Poesie Italiane flimkien
ma’ għadd sabiħ ta’ kotba u numru
kbir ta’ studji fuq il-Poeta Nazzjonali.
Il-mafkar tal-Poeta Nazzjonali

Fis-sena 2000 l-Għaqda
tal-Malti (Università) u lMinisteru tal-Edukazzjoni
waqqfu monument lil Dun
Karm fil-Furjana.

Kull sena, fix-xahar ta’
Ottubru,
l-istudenti
flimkien
mal-għalliema
tagħhom ifakkru lill-Poeta
Nazzjonali.
“Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija,
iżda le tbarri lil min hu ta’ ġewwa.”
TMIEM
Ħajr lil:
Marlon Barbara
Joseph P. Borg
Ina Cutajar
Phyllis Debono
George Mifsud
Thomas Pace
Claire Zerafa
http://schoolnet.gov.mt/dunkarmpsaila
http://malti.skola.edu.mt
http://www.maltikurja.wordpress.com