Transcript Djar ta` l

Id-djar ta’
l-annimali
tar-razzett
Din hija d-dar
tal-kelb.
Fil-kaxxa
hemm kelb
abjad.
Il-kelb iħobb igerrem
l-għadam.
Din hija tiġieġa.
U dan huwa serduk.
It-tiġieġa u
s-serduk jgħixu
fil-gallinar.
Fir-razzett hemm
qattus sabiħ.
Il-qattus
jorqod
fil-qoffa.
Ġieli jiġri wara
xi ġurdien!
Iżda l-ġuriden jaħrab u
jmur jistaħba fit-toqba.
Fit-toqba
il-qattus ma
jaqbdux!
Fir-razzett hemm
fenek kannella.
Il-fenek jorqod
ġo gaġġa.
Iżda filgħodu dan ilfenek joqgħod fl-għalqa.
Fir-razzett
hemm ħanżira.
U hemm
qażquż ukoll!
Dawn jgħixu fil-maqjel.
Isma’ dak il-barri!
U ara kemm hi
sabiħa dik il-baqra.
Dawn jgħixu fil-mandra.
Din hija stalla
mimlija silla.
Fl-istalla hemm
żiemel u ħmar.
Tgħidx kemm
jiġri ż-żiemel!
Ara din ilpapra!
Kemm tħobb
iċċafċaf fl-ilma!
Il-papra tgħix fil-vaska!
Ara din il-bejta!
Fil-bejta hemm il-bajd!
Mill-bajda jfaqqas pespus
u l-għasfura tgħidx kemm
tieħu ħsiebu.
Min jorqod hawn?
Fl-istalla jkun hemm...
• żiemel
• ħmar
• papra
Min jorqod hawn?
Fil-vaska jkun hemm...
• baqra
• qattus
• papra
Min jorqod hawn?
Fil-gallinar ikun hemm...
• ġurdien
• serduk
• kelb
Min jorqod hawn?
Fil-kaxxa jkun hemm...
• kelb
• tiġieġa
• qattus
Min jorqod hawn?
Fil-qoffa jkun hemm...
• qattus
• fenek
• ħmar
Min jorqod hawn?
Fil-toqba jkun hemm...
• ġurdien
• barri
• żiemel
Min jorqod hawn?
Fil-gaġġa jkun hemm...
• tiġieġa
• fenek
• baqra
Min jorqod hawn?
Fil-maqjel ikun hemm...
• qattus
• ħanżira
• żiemel
Min jorqod hawn?
Fil-mandra jkun hemm...
• barri
• serduk
• għasfur
Min jorqod hawn?
Fil-bejta jkun hemm...
• għasfur
• ġurdien
• ħanżir
Bravi
tfal!