L-avviż Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

Download Report

Transcript L-avviż Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.

L-avviż
Tagħrifa għall-għalliema
http://malti.skola.edu.mt
Skont is-Sillabu tal-Malti
tal-Primarja l-istudenti jsiru
midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u
fis-6 Sena tal-Primarja.
Għaldaqstant l-istudenti jistgħu
jiġu eżaminati fuqu.
L-avviż jista’ jinkiteb jew jintqal
Tista’ taħseb f’xi mezzi fejn tista’ taqra jew tisma’ avviż?
Wieħed jista’ jagħmel avviż biex:
- javża li tkun se sseħħ xi attività
eż. xi ħarġa jew xi laqgħa
- jagħti tagħrif fil-qasir dwar xi ħaġa partikulari
eż. intilfet xi ħaġa
- javża li jkun hemm tibdil f’attività
eż. xi ċaqliq fil-ħin jew fid-data
Hemm xi skopijiet oħrajn?
Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu
f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw
il-kitba tagħhom.
Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed
tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed
tikteb għal grupp ta’ nies.
Qabbad lill-istudenti jaraw u jisimgħu
xi avviżi.
Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu
jkollu avviż tajjeb.
Eżempju ta’ avviż fuq bord tal-avviżi
Eżempju ta’ avviż fuq kartellun (1)
Eżempju ta’ avviż fuq kartellun (2)
Eżempju ta’ avviż fuq tabella (1)
Eżempju ta’ avviż fuq tabella (2)
X’ngħidu bil-Malti?
Notice board?
il-bord tal-avviżi
pl. il-bordijiet tal-avviżi
Xi suġġerimenti għall-għalliema (1)
- Tista’ tqabbad lill-istudenti jiġbdu ritratti ta’
avviżi li jaraw madwarhom. Dawn jistgħu
jerfgħuhom ġo fajl fuq il-kompjuter u jsemmuh
“Avviżi”. Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu
jkollu avviż tajjeb.
- Tista’ tqabbadhom ifittxu f’gazzetti jew
f’rivisti bil-Malti u jqasqsu avviżi u jwaħħluhom
fil-pitazz.
Xi suġġerimenti għall-għalliema (2)
- Tista’ tqabbadhom iqabblu l-avviżi li jkunu ġabru
u jiddeskrivuhom.
- Tista’ tqabbadhom joħorġu l-kwalitajiet
tal-avviż (it-titlu, il-lingwaġġ użat, eċċ.)
- Tista’ tqabbadhom jistaqsu mistoqsijiet fuq
l-avviż li jkollhom f’idejhom. Ngħidu aħna,
l-informazzjoni li hemm fih hija biżżejjed?
Ftakar li …
Bniedem avżat
nofsu armat!
Saħħa!
http://malti.skola.edu.mt