L-Aġġettivi Claire Sammut Fis-sema blu __ rajt ajruplan enormi jittajjar. Il-kelma blu qed tiddeskrivi kif inhi s-sema.
Download ReportTranscript L-Aġġettivi Claire Sammut Fis-sema blu __ rajt ajruplan enormi jittajjar. Il-kelma blu qed tiddeskrivi kif inhi s-sema.
L-Aġġettivi Claire Sammut Fis-sema blu __ rajt ajruplan enormi jittajjar. Il-kelma blu qed tiddeskrivi kif inhi s-sema. Mela l-kelma blu hija aġġettiv. Fis-sema blu __ rajt ajruplan _____ enormi jittajjar. Taf issib aġġettiv ieħor f’din is-sentenza? L-ajruplan kien ġej lura Malta mimli passiġġieri _____ Maltin. Taf issib l-aġġettiv f’din is-sentenza? L-ajruplan kien ġej lura Malta mimli passiġġieri Maltin. _____ Il-kelma Maltin fis-sentenza t’hawn fuq hija aġġettiv ukoll. Xi eżempji ta’ aġġettivi minn ismijiet huma: Rabti Mostin Franċiżi Ingliża Tork Naħdmu fi gruppi... Sibu l-aġġettiv fis-sentenza. l-1 GRUPP Inħobb insiefer biex nara postijiet interessanti. _________ Sibu l-aġġettiv fis-sentenza. it-2 GRUPP L-aħħar li mort kien fuq il-muntanji għoljin _____ tal-Italja. Sibu l-aġġettiv fis-sentenza. it-3 GRUPP Hemmhekk iltqajt ma’ ħafna nies Taljani. _____ Sibu l-aġġettiv fis-sentenza. ir-4 GRUPP Żort ukoll il-Vatikan u rajt il-pjazza _______ spazjuża ta’ quddiemha. Sibu l-aġġettiv fis-sentenza. il-5 GRUPP Fl-aħħar xtrajt tifkira minn ħanut _____ lussuż biex nibqa’ niftakar f’din is-safra. Minn xi kliem nistgħu niffurmaw xi aġġettivi. Eżempju: kruha ikrah/kerha/koroh qafla maqful/maqfula/maqfulin Naħdmu fi gruppi... Iffurmaw aġġettiv minn din il-kelma: l-1 GRUPP il-Ġermanja Ġermaniż/ Ġermaniża/ Ġermaniżi Iffurmaw aġġettiv minn din il-kelma: it-2 GRUPP kenn kenni / kennija / kennin Iffurmaw aġġettiv minn din il-kelma: it-3 GRUPP tul twil / twila / twal Iffurmaw aġġettiv minn din il-kelma: ir-4 GRUPP bżulija bieżel / bieżla / beżlin Iffurmaw aġġettiv minn din il-kelma: il-5 GRUPP ħasel maħsul / maħsula / maħsulin PROSIT!