Il-Ferħ tal-Milied : Mawra sad-Djar tal-Anzjani filKulleġġ Santa Tereża Bħala attivita’ fil-jiem tal-Milied, ħsibna li naqsmu il-ferħ talMilied mal-anzjani fil-komunitajiet tal-Kulleġġ Santa.
Download ReportTranscript Il-Ferħ tal-Milied : Mawra sad-Djar tal-Anzjani filKulleġġ Santa Tereża Bħala attivita’ fil-jiem tal-Milied, ħsibna li naqsmu il-ferħ talMilied mal-anzjani fil-komunitajiet tal-Kulleġġ Santa.
Il-Ferħ tal-Milied : Mawra sad-Djar tal-Anzjani filKulleġġ Santa Tereża Bħala attivita’ fil-jiem tal-Milied, ħsibna li naqsmu il-ferħ talMilied mal-anzjani fil-komunitajiet tal-Kulleġġ Santa Tereża; Dar San Pietru f’Ħal Lija, Apap Institute f’Santa Venera u dDar tal-Anzjani, Msida Fil-ġimgħat ta’ qabel, fil-lezzjoni tal-PSD iddiskutejna t-tifsira tal-Milied u l-ferħ li jġib miegħu u kif nistgħu nagħmlu biex naqsmuh ma nies filkomunita’ tagħna. Ippreparajna, flimkien mat-tfal xi tokens b’ tema tal-Milied It-tfal ħadmu fi gruppi, fejn qasmu l-ideat, ilmaterjal u xi affarijiet tal-ikel li ġabu magħhom. Din l-attivita’ swiet ħafna biex għaqqdet lit tfal bejniethom u mliethom bi spirtu ta’ solidarjeta, mħabba u ġenerożita. L-iskejjel urew interess kbir għal din l-attivita. Skola minnhom, minn rajha offriet donazzjoni lid-Dar talAnzjani, filwaqt li tifel ċkejken minn skola oħra, għamel il-priedka tal-Milied. Kantajna wkoll xi għanjiet u kienet esperjenza kommoventi ħafna li tara anzjani jkantaw u jċapċpu mat-tfal. Fl-opinjoni tagħna, kienet okkażjoni sabiħa, fejn kemm it-tfal kif ukoll l-anzjani messew qalb xulxin, u saħansitra anke xi demgħa qabżet minn għajnejn xi anzjana. Hekk jixhdu dawn il-kummenti tat-tfal: Ħassejtni naqra differenti, ħadt gost inferraħ ‘l anzjani u ħadt gost li laqgħuna qisna niġu minnhom. Glenn Vella Jien ħadt gost ħafna. L-anzjani bdew jieħdu gost ħafna. Ħassejtni ħafna ferħana. Laqtitni għax kienu qegħdin jippruvaw jgħinuna wkoll. L-anzjani dbew jieħdu gost għax bdejna nkantawlhom u ngħinuhom. Jien ħadt gost immur iċ-Ċentru ta’ l-Anzjani għax hija esperjenza ta’ mħabba ma kulħadd. Dawn innies imsejknin kienu qegħdin ġo siġġu jitolbu biex ifiequ mill-mard. Itolbu għalihom dawn in-nies. Daphne Debono Leanne Chircop Jien ħassejtni kuntenta ħafna għax jien inħobbhom l-anzjani u ma nixtieqx li jħossuhom imdejjqin. Mhux sew li aħna nhossuna ferħanin u huma le. Jien nixtieq li kont ngħix magħhom. Jien ħassejtni ferħana u ħadt gost li apprezzaw irrigal li tajthom. Martina Anthea Damaris Spiteri Pauline Gingell Marion Mizzi Haber Rita Formosa Għalliema tal-PSD