Stampa Storja ta’ Charles Micallef Eżerċizzji dwar l-Idjomi malti.skola.edu.mt Sib l-idjomi fis-silta Ġo kastell daqs dinja fil-foresta kienet tgħix saħħara xiħa għakka, kerha waħx u.
Download ReportTranscript Stampa Storja ta’ Charles Micallef Eżerċizzji dwar l-Idjomi malti.skola.edu.mt Sib l-idjomi fis-silta Ġo kastell daqs dinja fil-foresta kienet tgħix saħħara xiħa għakka, kerha waħx u.
Stampa Storja ta’ Charles Micallef Eżerċizzji dwar l-Idjomi malti.skola.edu.mt Sib l-idjomi fis-silta Ġo kastell daqs dinja fil-foresta kienet tgħix saħħara xiħa għakka, kerha waħx u bi mneħirha ppuntat. Lhena tagħha kien li taqbad lit-tfal u ssajjarhom filkaldarun. Wara li tħeġġeġ in-nar u tara li l-ħatab qabad sew, kienet titfa’ xi ingredjenti misterjużi fl-ilma jbaqbaq u erħilha tħawwad bil-kuċċarun. Malli l-ikel jibda jrejjaħ, il-qattus kien jintebaħ li s-saħħara se terġa’ tagħmel xi waħda tinkiteb. Sib l-idjomi fis-silta Darba waħda għasfur enormi kien qed jittajjar f’dawk l-inħawi, xamm riħa ta’ ikel taqsamlek qalbek. Xħin ttajjar viċin lemaħ lit-tfal b’imsarinhom f’saqajhom ggranfati f’xulxin. Sadanittant, is-saħħara qabdet lit-tfal minn għonqhom u kienet se tixħethom ġol-kaldarun. Sib l-Idjomi fis-silta Fid-daqqa u l-ħin tfaċċa l-għasfur minn ġot-tieqa tal-kċina tal-kastell. Malli lemaħ il-kaldarun, ta s-salt biex jisraq l-ikel tas-saħħara. Bil-ħasda, issaħħara telqet it-tfal minn idejha biex teħles mill-qilla tal-għasfur. Sib l-idjomi fis-silta L-għasfur ħass qalbu tingħafas għat-tfal, għabbiehom fuq dahru u tar bihom ’il bogħod mill-kastell sabiex iwassalhom lejn darhom. Prosit! Erġa’ pprova. L-idjomi f’din l-attività • • • • • • • • daqs dinja xiħ għakka kerha waħx tagħmel xi waħda tinkiteb riħa taqsamlek qalbek imsarinhom f’saqajhom fid-daqqa u l-ħin ħass qalbu tingħafas Tmiem