L-IRWIEGEL TBASSIR IT-TEMP SKONT MISSIRIJIETNA X’inhuma l-irwiegel? Il-kelma rwiegel hija l-plural tal-kelma Taljana regola li ħadet il-plural miksur talkliem semitiku. It-tbassir tat-temp kien importanti għallbdiewa.

Download Report

Transcript L-IRWIEGEL TBASSIR IT-TEMP SKONT MISSIRIJIETNA X’inhuma l-irwiegel? Il-kelma rwiegel hija l-plural tal-kelma Taljana regola li ħadet il-plural miksur talkliem semitiku. It-tbassir tat-temp kien importanti għallbdiewa.

L-IRWIEGEL

TBASSIR IT-TEMP SKONT MISSIRIJIETNA

X’inhuma l-irwiegel?

Il-kelma Taljana

rwiegel regola

li hija l-plural tal-kelma ħadet il-plural miksur tal kliem semitiku.

It-tbassir tat-temp kien importanti għall bdiewa minħabba li fuqu kien jippjanaw il ħidma tagħhom fl-għelieqi.

Kif jittieħdu l-irwiegel?

Jibda 24 jiġi nnotat it-temp tal-jiem mit-13 sal ta’ Diċembru.

Kull jum jikkorrispondi l ġdida.

għal xahar tas-sena Il-jum jitqassam fi tlieta – filgħodu, f’nofsinhar u filgħaxija u dawn ifissru l bidu, in-nofs u l aħħar tax-xahar.

Skont it-temp li jagħmel dakinhar jitbassar it-temp tax-xahar tas-sena l ġdida.

L-irwiegel: ta’ min jorbot fuqhom?

Ta’ min jgħid li dan huwa tbassir u qatt mhu ta’ min joqgħod fuqu mija fil-mija.

Illum ħafna huma tal-fehma li l-irwiegel ma jaħdmux minħabba l-bidliet fil-klima li għaddejja minnhom id-dinja.

Iżda hemm min għadu jemmen li l-irwiegel għadhom tajbin fit-tbassir tat-temp.

Int x’taħseb?

It-tbassir tat-temp skont l-irwiegel għas-sena 2011

It Temp għal Jannar 2011

13 ta’ Diċembru 2010 Filgħodu kien bnazzi filwaqt li f’nofsinhar issaħħab xi ftit imma reġa’ bbnazza filgħaxija.

Dan ibassar li għal matul ix-xahar ta’ Jannar mhux ser ikollna xita. Ser ikollu ġimgħat sbieħ fil-bidu u fl-aħħar tiegħu.

It Temp għal Frar 2011

14 ta’ Diċembru 2010 Filwaqt li filgħodu kien bnazzi, waranofsinhar qabad jissaħħab u sa filgħaxija għamlet xi ħalba xita.

Dan ifisser li fi Frar 2011 ser ikollna perjodi sbieħ u ta’ bnazzi fil-ġimgħat tal-bidu imma lejn l aħħar tiegħu ser ikollna x-xita.

It Temp għal Marzu 2011

15 ta’ Diċembru 2011 It-temp sebaħ b’xi ħalbiet tax-xita li sa nofsinhar naqsu u deher jibbnazza. Tard waranofsinhar l-ajru reġa’ ssaħħab.

Dan ifisser li Marzu jidher li ser ikollu l ewwel jiem bix-xita imma lejn nofsu u l aħħar ser ikun b’temp imsaħħab imma bnazzi bla xita.

It Temp għal April 2011

16 ta’ Diċembru 2010 Il-jum sebaħ bnazzi b’ħafna sħab li mal-ħin ħxien u sa nofsinhar u tard filgħaxija kellna ħalbiet qawwija tax-xita b’perjodi qosra ta’ bnazzi bejniethom.

Dan ibassar li għal nofs u l-aħħar t’April ser ikollna x-xita.

It Temp għal Mejju 2011

17 ta’ Diċembru 2010 It-temp kien bnazzi bi ftit xita sa nofsinhar. Waranofsinhar u filgħaxija kien bnazzi.

sħab għoli imma bi Jidher li skont l-irwiegel, Mejju għall-bidu ta’ jista’ jkollna xi ftit xita imma temp sabiħ għall-kumplament tax-xahar.

It Temp għal Ġunju 2011

18 ta’ Diċembru 2010 Il-jum sebaħ ftit imsaħħab imma ma’ tlugħ ix-xemx ibbnazza u kompla filgħaxija.

sabiħ sa Dan ifisser li bikri għal Ġunju ser ikollna sajf b’temp sabiħ u xemxi.

It Temp għal Lulju 2011

19 ta’ Diċembru 2010 Il-jum kollu kien xemxi u tas-sena.

sħun għal daż-żmien Lulju jidher li ser ikun xemxi u sbieħ.

jaħraq b’jiem

It Temp għal Awwissu 2011

20 ta’ Diċembru 2010 Kien jum taħraq u l-ħin kollu bnazzi bla ħjiel ta’ sħab.

‘sajfi’ għaliex ix-xemx kienet Awwissu tradizzjoni u jidher li ser iżomm mat ‘jixwina’ bis-sħana tax-xemx.

It Temp għal Settembru 2011

21 ta’ Diċembru 2010 Kien jum ebda ieħor xemxi u sħun bla sħab u l ħjiel ta’ xita.

Għaldaqstant, għal Settembru 2011 hemm imbassar temp pjuttost sħun u xemxi.

It Temp għal Ottubru 2011

22 ta’ Diċembru 2010 Kellna jum xemxi u bnazzi. Kultant deher xi sħab fil-għoli.

Ottubru jidher li mhux se jkollu xita u maltemp iżda se jkun mimli b’jiem bnazzi u xemxin.

It Temp għal Novembru 2011

23 ta’ Diċembru 2010 Filgħodu sebaħ imsaħħab u sa nofsinhar kellna xi ħalbiet tax-xita li komplew sa filgħaxija.

Jidher li f’Novembru ser ikollna ftit tax-xita mqassma tul ix-xahar kollu.

It Temp għal Diċembru 2011

24 ta’ Diċembru 2010 Il-jum sebaħ bnazzi iżda għal nofsinhar issaħħab u ħalleb xi ftit tax-xita. Sa filgħaxija l-ajru ssaffa u bbnazza.

Jidher li Diċembru 2011 ser ikun bix-xita.

Iżda jidher li lejn nofsu u lejn il-festi ta’ tmiem is-sena ser ikollna temp bnazzi.

Xi qwiel marbutin mat-tbassir tat-temp Is-snin

bħall-aħwa: ma jixxibhux...ma tantx tista’ tkun żgur fit-

tbassir tat-temp.

Skont l-annata timtela l-qannata...mix-xita li

jikber ġid il-bidwi.

tagħmel matul is-sena

Mill-bidwi u mir-

ragħaj l-ewwel għana tad-dinja...il-ħwejjeġ

essenzjali jagħtuhomlna l-bdiewa u r-rgħajja.

Jekk is-sena tkun

ħażina l-muna tkun imgerfxa...sena nieqsa

mill-ilma tfisser ikel skars u ħażna fqira.

Sena

bidwi u

għammiela tħallas il-qbiela...sena bix-xita tħalli profitt lill-

jista’ jħallas il-kera tal-għelieqi.

Qamar rieqed,

ifisser li

baħrin imqajma...meta l-qamar ikun jidher imxengel

ġej il-maltemp u allura l-baħrin iridu jibqgħu mqajma jindukraw il-bastiment.

(meħudin minn

A Comparative Dictionary of Maltese Proverbs

ta’ J. Aquilina, 1986)

Kemm bassru tajjeb l-irwiegel?

Nistennew u naraw!

Grazzi lis-Sur George Mifsud

http:// malti.skola.edu.mt