Taqbiliet Maltin (l-ewwel parti) http://malti.skola.edu.mt A-B-Ċ A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè il-kikkra u l-plattina u n-nannu ma jridx jagħtina.

Download Report

Transcript Taqbiliet Maltin (l-ewwel parti) http://malti.skola.edu.mt A-B-Ċ A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè il-kikkra u l-plattina u n-nannu ma jridx jagħtina.

Slide 1

Taqbiliet Maltin
(l-ewwel parti)

http://malti.skola.edu.mt


Slide 2

A-B-Ċ
A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè
il-kikkra u l-plattina
u n-nannu ma jridx jagħtina.


Slide 3

Agħmel xita agħmel!

Agħmel xita agħmel!
Ħalli jikber il-ħaxix,
il-ħaxix intuh il-mogħża
u l-mogħża ttina l-ħalib.
(Il-ħalib intuh lin-nanna
u n-nanna tagħmlilna l-ġbejniet)


Slide 4

Ajma żaqqi
Ajma żaqqi kemm tuġagħni
kilt il-għeneb mhux misjur,
iddendilt mal-kannizzata
qisni kelb tal-kaċċatur.


Slide 5

Ara Ġejja l-Mewt Għalik!
Ara ġejja l-mewt għalik,
biex tixwik,
biex taqlik,
ara ġejja,
ara waslet,
din id-daqqa min tahielek?


Slide 6

Banni bannozzi (1)

Banni bannozzi
Ġej il-papà ġej
Kollox għal __________
u lill-papà ma ntuh xej’!
(minflok il-papà jista’ jingħad it-tatà)


Slide 7

Banni bannozzi (2)

Banni bannozzi
ġejja n-nanna Nozzi.
Nozzi ta’ ħdejna
biċċa ħobż bil-ġbejna.


Slide 8

Ċuff ċuff il-baħar
Ċuff ċuff il-baħar,
ommi mir-raħal.
Missieri miż-Żejtun
għandu baqra u karettun.


Slide 9

Marinton Ċiklanton
Marinton, Ċiklanton,
libsa bajda bil-pantor.
Naħsilhielek, ngħaddihielek,
għall-festa ta’ San Girgor.
Iż-żarbun, iż-żarbun ta’ Severina,
Severina bint ir-re,
daħlet sieqha ġol-gabarrè.
Nirringrazzjaw lis-Sa Michelle Spiteri, il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Birgu, li għadditilna din it-taqbila


Slide 10

Dawra Durella
Dawra durella
Qasba żigarella
Ċoff tal-bellus
Ċaqċaqhielu lill-għarus
Axxa! Axxa!
Għax missieru għamel kaxxa.
(jew: Missieru mastrudaxxa / Ma’ rasu għandu faxxa / Issa kulħadd jitbaxxa)


Slide 11

Zalzett
Hawn raġel, qrajt darba f’gazzetta,
li jiekol kuljum elf zalzetta.
U mbagħad xarba nbid,
u jorqod mhux ftit,
u jonħor bil-ħoss ta’ trumbetta.

Carmel G. Cauchi


Slide 12

Ġili Ġili Ġa

Ġili ġili ġa
fuq it-toppu tal-mamà!
Igdimha u busha
fuq it-toppu tal-għarusa!


Slide 13

Kaxxa Ġugarelli
Għandi kaxxa ġugarelli,
din mimlija sa fuq nett,
għandi I-pupa u l-karozza
u tat-te jien għandi sett.

Ballun ċkejken u safrani,
ors jiċċaqlaq u vapur,
hemm xadina qisha ħajja,
pupu ħelu fuq mutur.


Slide 14

Lanċa Ġejja
Lanċa ġejja u oħra sejra
minn Tas-Sliema għal Marsamxett,
il-kaptan bil-pipa f’ħalqu
jidderieġi l-bastiment.
Sewwa sewwa f’nofs ta’ baħar
il-kaptan ħassu ħażin,
ma kellux min idur miegħu
daru miegħu l-baħrin.
Agħmillu karta, agħmillu karta,
agħmillu karta għal tax-xjuħ!


Slide 15

Mamma Mia

Mamma mia* pulizija,
Tiħux lili, ħu lil ħija!
* Mia, mit-Taljan, tfisser tiegħi


Slide 16

Nannakola
Nannakola mur l-iskola,
aqbad siġġu
u ibda ogħla!


Slide 17

Onġi Onġi Onġella (...tkompli)
Bum, bum il-bieb,
Onġi, onġi onġella!
Bum, bum il-bieb,
Onġi, o kavallier!

Xi jrid l-ambaxxatore?
Onġi, onġi onġella!
Xi jrid l-ambaxxatore?
Onġi, o kavallier!

Din hija ________
Onġi, onġi onġella!
Din hija ________
Onġi, o kavallier!

Min ġie? Min ġie? Min ġie?
Onġi, onġi, onġella!
Min ġie, min ġie, min ġie?
Onġi, o kavallier!

Irid tifla* sabiħa.
Onġi, onġi onġella!
Irid tifla sabiħa.
Onġi, o kavallier!

X’se ntuha ’l din it-tifla?
Onġi, onġi onġella!
X’se ntuha ’l din it-tifla?
Onġi, o kavallier!

Ġie l-ambaxxatore,
Onġi, onġi onġella!
Ġie l-ambaxxatore,
Onġi, o kavallier!

Min hija din it-tifla?
Onġi, onġi onġella!
Min hija din it-tifla?
Onġi, o kavallier!

Nagħtuha ġurdien moqli.
Onġi, onġi onġella!
Nagħtuha ġurdien moqli
Onġi, o kavallier!
*jista’ jingħad ukoll ‘tifel’


Slide 18

(...tkompli)

Onġi Onġi Onġella

U dana mhux biżżejjed.
Onġi, onġi onġella!
U dana mhux biżżejjed.
Onġi, o kavallier!
Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)
Onġi, onġi, onġella!
Nagħtuha... (xi ħaġa kerha)
Onġi, o kavallier!

Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)
Onġi, onġi onġella!
Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa)
Onġi, o kavallier!

Ħuduha la triduha,
għax aħna
m’għandniex x’nambuha!
Karozza b’erba’ roti,
Tagħmel ħoss tat-terremoti.


Slide 19

Pizzi Pizzi Kanna
Pizzi pizzi kanna,
Dolores ta’ Sant’Anna;
Sant’Anna tal-Morina
Ħabba biċċa pellegrina.
Mgħaref tal-fidda,
Bandiera tal-ħarir.
Noli kannoli,
Insara qaddisin.


Slide 20

Il-Pupa Tiegħi
Għandi pupa wisq sabiħa,
aħmar wiċċha bħall-peprin.
B’par għajnejn minn lewn is-sema,
bħalha żgur ma ssibx ħelwin.
Il-mamà bħali tlibbisha,
mid-drapp stess tal-libsa tiegħi.
Oħti ż-żgħira nistħajjilha,
meta jien noħroġha miegħi.
Fejn immur dejjem noħodha
għax mingħajrha ma jien xejn.
Minn fejn ngħaddi nisma’ jgħidu:
"Dawna donnhom pupi t-tnejn!"

M. Mizzi


Slide 21

Sinna Basinna

Sinna basinna,
bajda ħalib.
Oqgħod fil-qasrija
meta mmut niġi għalik!


Slide 22

Iż-Żunżana

Iż-żunżana ddur iddur
fuq il-bejt tal-kaċċatur.
Meta tasal taħt il-mina
tagħmel żinn żann żunn.


Slide 23

Norqod u Nistrieħ
Norqod u nistrieħ,
noffri ruħi lill-erwieħ.
Norqod u nirpoża,
noffri ruħi ’l Santa Roża.
Norqod u nimtedd,
noffri ruħi ’l San Ġużepp.


Slide 24

O Marija Ġulja
O Marija Ġulja,
oqgħod għarkupptejk.
Ħares lejn is-sema
u ara min hu ġej.
Ġej Ġesù Bambin,
qalb il-ward u l-ġiżimin.


Slide 25

Orqod Ibni, Orqod
Orqod ibni, orqod
(jew Ninni ninni, ruħi ninni)

fil-benniena tal-ħarir.
Dik ommok il-Madonna
u missierek San Ġwakkin.
(tista’ titkanta “Orqod binti, orqod”)


Slide 26

Paċi Kulaċi
Paċi kulaċi,
il-Madonna fuq rasi.
Kristu fuq l-artal,
qed ibierek dawn it-tfal.
Dawn it-tfal imberkin,
għax se jsiru qaddisin.


Slide 27

Sant’Anna
Sant’Anna u San Ġwakkin,
il-Madonna u l-Bambin.
X’xorti kellha dik Sant’Anna,
li l-Bambin sejħilha nanna.


Slide 28

Taqbiliet Maltin oħra
ssibhom f’dawn il-kotba:








Carmel G. Cauchi, Pizzi Pizzi Kanna, 1978, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.
Carmel G. Cauchi, Onġi Onġi Onġella, 1982, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.
Carmel G. Cauchi, Laqt u Xiber, 2006, pubblikazzjoni tal-awtur.
Victor Fenech, DO-RE-MI – kant u logħob tat-tfal Maltin, 2006, Kotba Merill.
Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu
Għoxrin, 2006, Wise Owl.
Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010,
Rhymed, Malta.



Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme,
2008, il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana.



Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub. De La Salle.

Taf b’xi ktieb ieħor?
Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.


Slide 29

Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:
http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm

GRAZZI

http://malti.skola.edu.mt